“Malta u Għawdex twissija ta’riħ qawwi mix xlokk għada l Ġimgħa. Tħallux karozzi jew dgħajjes fejn jaħkem ix xlokk. Possibilita ta’ xita tul dan il-lejl u kmieni għada filgħodu li tista tkun moderata. Ħudu ħsieb li thallux karozzi fejn iżomm aktar l ilma. Dan huwa maltemp ta’ Jannar u mhux ċiklun”
Dan kien il-messaġġ li wassal Gordon Grech permezz tas-sit Aġġornament tat-Temp, wieħed mill-aqwa bassara tat-temp fil-gżejjer Maltin. Grech spejga li min qiegħed Sqallija, il-maltemp ser ikun aktar intensiv speċjalment lejn in naħa tac ċentru u tal-Lvant ta’ Sqallija.