Sunday, October 19, 2025

Postecoglou jitkeċċa minn kowċ ta’ Nottingham Forest

Aqra wkoll

Nottingham Forest neħħew mill-kariga lill-manager Awstraljan, Ange Postecoglou wara biss 40 ġurnata jmexxi lit-tim. Dan kollu seħħ ilbieraħ wara t-telfa kerha ta’ 3-0 li l-Forest sofrew kontra Chelsea.

il-Forest, ikkonfermaw it-tkeċċija ta’ Postecoglou permezz ta’ komunikat wara sensiela ta’ riżultati negattivi li ftit bidlu x-xorti tat-tim.

Postecoglou inħatar kowċ tal-Forest, fid-9 ta’ Settembru li għadda wara t-tkeċċija ta’ Nuno Espirito Santo hekk kif dan tal-aħħar kellu diżgwid mal-propjetarju tal-klabb, Evangelos Marinakis.

Nottingham Forest jinsabu fiż-żona ta’ relegazzjoni u Postecoglou ma rnexxielux jikseb l-ebda rebħa fit-tmien logħbiet fit-tmexxija tat-tim.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport