Tuesday, December 24, 2024

“Potenzjal li l-Mediterran ikun ċentru ta’ enerġija nadifa”

– il-Prim Ministru Robert Abela f’Summit tal-Kunsill Ewropew

Aqra wkoll

“Nemmnu fil-potenzjal tal-Mediterran li jkun ċentru ta’ enerġija nadifa”, sostna dan il-Prim Ministru Robert Abela f’Summit ta’ jumejn tal-Kunsill Ewropew li tlaqqa’ fi Brussell fil-jiem tal-Ħamis u l-Ġimgħa.

Hu u jirrimarka wkoll għall-implimentazzjoni tal-Pjan REPowerEU, li wieħed mill-għanijiet tiegħu huwa li nkomplu niddiversifikaw fil-provvisti tal-enerġija.

Fi Brussell Dr Abela tkellem ukoll fuq il-ħtieġa tat-tisħiħ ta’ koperazzjoni ekonomika ma’ sħab internazzjonali differenti u semma wkoll il-ħidma importanti li trid issir dwar provvista ta’ enerġija nadifa bbażata fuq ir-rinnovabbli li tilqa’ għal sfidi futuri fis-settur kif urietna l-esperjenza tal-gwerra fuq l-Ukrajna.

Marbut mal-enerġij rinnovabbli, il-Prim Ministru rrimarka għal soluzzjonijiet ħolistiċi biex tiġi trattata l-problema tal-immigrazzjoni illegali. Innota l-ittra tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen li tamplifika dak li ilha tgħid Malta dwar koperazzjoni ekonomika ma’ pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Mediterran anki dwar proġetti tar-rinnovabbli. “Is-soluzzjoni għall-immigrazzjoni rregolari mhiex f’nofs ta’ baħar iżda fil-punt tat-tluq u għalhekk proġetti fejjieda f’dawn il-pajjiżi jagħrfu l-potenzjal biex nies jibqgħu jgħixu hemmhekk”, sostna l-Prim Ministru Abela hu u jispjega dwar il-ħtieġa ta’ taħdidiet f’dan ir-rigward mal-Libja u t-Tuneżija.

Ekonomija

Sport