Friday, December 13, 2024

“Pożittiv li nistgħu nibnu futur sabiħ għal dan il-Partit”

Aqra wkoll

Fl-ewwel sessjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, il-President tal-Kunsill Ġenerali Mark Anthony Sammut qal li jekk b’kuraġġ jittieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu, jinsab pożittiv li jistgħu jibnu futur sabiħ għal dan il-Partit u fuq kollox għal pajjiżna.

“Nappella lill-kunsilliera kollha tal-Partit biex jipparteċipaw f’dan il-proċess importanti, proċess li se jimmarka u jiddeċiedi  t-triq ‘il quddiem li se jkun qed jieħu l-PN fis-snin li ġejjin. Il-Partit diġà beda proċess intern ta’  djalogu fl-istrutturi tiegħu, proċess li se jkun qed jinfetaħ għall-kumitati u għall-kunsilliera tagħna, proċess li se jkompli tul dan il-Kunsill Ġenerali.”

“Tul dan il-proċess, f’dan iż-żmien, ejjew ngħarfu lkoll kemm aħna nagħmlu pass ta’ umiltà, inħarsu fina nfusna, naraw fejn inqasna, naraw fejn  għandna t-tajjeb li nistgħu nibnu fuqu, fejn għandna potenzjal li nistgħu nisfruttaw, u fejn irridu fundamentalment inbiddlu.  Jekk b’kuraġġ nieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu, pożittiv li nistgħu nibnu futur sabiħ għal dan il-Partit u fuq kollox għal pajjiżna.”

Huwa spjega li peress li din hi elezzjoni ta’ Kap u mhux biss konferma, dan ifisser li fil-ġranet li ġejjin  joħroġ l-avviż tad-dikjarazzjoni ta’ interess, isir il-proċess tal-verifika tad-due diligence fuq dawk kollha li jiddikjaraw l-interess tagħhom, proċess li jkun qed jitmexxa  mill-Kummissjoni Kandidati  tal-Partit. Wara dawk li jiġu verifikati fil-pożittiv ikollhom l-opportunità li jitfgħu n-nomina tagħhom għal din l-elezzjoni.

Ekonomija

Sport