Prekawzjonijiet ġodda għat-test prattiku għal-liċenzja tas- sewqan tal-karozza (kategorija B). F’informazzjoni maħruġa aktar kmieni minn Transport Malta ntqal li l-eżamijiet kemm prattiċi u dawk tat-teorija għal-liċenzja tas-sewqan qegħdin ikomplu b’numru ta’ prekawzjonijiet ġodda:
- Fil-vettura għandu jkun hemm biss l-istudent/a u l-eżaminatur
- l-għalliem għandu jidiżinfetta l-karozza qabel kull eżami
- it-twieqi jibqgħu miftuħin
- jintlibsu l-visor jew il-maskra
- jittieħdu t-temperaturi tal-kandidati u l-għalliema qabel l-eżami