Thursday, December 11, 2025

Premier Capital tiċċelebra l-ftuħ tal-10 Ristorant ta’ McDonald’s f’Malta, il-200 wieħed fl-Ewropa

Aqra wkoll

Premier Capital fetħet uffiċjalment l-10 ristorant ta’ McDonald’s tagħha f’Malta, pass importanti li jimmarka wkoll il-200 ristorant tal-grupp fl-Ewropa kollha. Ir-ristorant il-ġdid, li jinsab fl-Imrieħel, se jservi ċ-ċentru, in-nofsinhar u l-majjistral ta’ Malta, u joffri s-servizzi konvenjenti ta’ McDrive u McDelivery biex b’hekk jipprovdi aċċess aktar mgħaġġel u faċli lillklijenti 24 siegħa kuljum.

Premier Capital hija d-Detentur tal-Liċenzja tal-Iżvilupp għal McDonald’s f’sitt swieq, u topera 200 ristorant madwar Malta, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Greċja u r-Rumanija.

Minn meta fetaħ l-ewwel ristorant tiegħu fil-Belt Valletta, McDonald’s kompla jiżviluppa u jikber fis-suq lokali permezz ta’ kunċetti ġodda, titjib u estenzjoni tas-servizzi, u jimpjega kważi 700 persuna lokalment.

Peter Hili, id-Direttur Maniġerjali ta’ Premier Restaurants Malta, qal: “Il-ftuħ tal-10 McDonald’s tagħna f’Malta, li fl-istess waqt qed jimmarka l-ftuħ tal-200 ristorant tagħna, huwa tassew mument speċjali għalina. Hawnhekk hu propju fejn bdiet l-istorja tagħna 30 sena ilu, u kull ftuħ ġdid jirrifletti l-passjoni u d-dedikazzjoni tat-tim tagħna biex noffru lill-klijenti tagħna mumenti sbieħ u esperjenza mill-aqwa kull darba li jżuruna.”

Premier Capital tkompli tibqa’ fuq trajettorja ta’ tkabbir b’saħħtu b’dħul totali mistenni li jilħaq aktar minn €775 miljun fl-2025, appoġġjat minn 12,000 impjegat fis-sitt swieq tagħha.

Il-kumpanija qed tkompli tiffoka fuq l-espansjoni tan-netwerk tagħha, it-tisħiħ tal-operat, u linvestiment fin-nies u l-infrastruttura tagħha, b’15-il ristorant ġdid ippjanat għall-2026.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport