Saturday, November 1, 2025

Premier Inglilż: Partita oħra diffiċli għal Liverpool kontra Aston Villa

Aqra wkoll

Bejn illum u nhar it-Tnejn se jintlagħab l-10 programm tal-istaġun tal- Premier League Ingliż fejn għal darb’oħra ċ-champions Liverpool se jkunu mpenjati fil-logħba ta’ tard illum meta jilqgħu lil Aston Villa f’Anfield.

Il-ġimgħa l-oħra r-Reds marru għand Brentford u spiċċaw megħluba bl-iskor ta’ 3-2, riżultat li ma jixraqx lil team li ftit xhur ilu kien f’ewforija kbira jiċċelebra l-20 titlu fl-istorja tiegħu.

Iżda dan l-istaġun qed isibuha diffiċli biex ikomplu fejn ħallew f’Mejju li għad­da tant li issa tilfu l-aħħar erba’ logħbiet fil-kampjonat u tilfu sitta mill-aħħar seba’ ħarġiet fil-kompetizzjonijiet kollha. Dan wara li kienu bdew b’ħames rebħiet konsekuttivi.

Għall-kuntrarju, l-avversarji tagħhom, Aston Villa, għamlu kambjament enormi meta wara li ma kisbux reb­ħa mill-ewwel ħames logħbiet huma rkupraw tajjeb b’erba’ rebħiet wara xulxin tant li issa jinsabu punti ndaqs mal-istess Liverpool.

Il-leaders Arsenal fetħu vantaġġ ta’ erba’ punti fuq it-team ta’ warajhom, Bournemouth, waqt li fuq iċ-champions il-vantaġġ tagħhom huwa ta’ seba’ punti.

Il-Gunners se jkunu għand il-promossi Burnley li jinsabu l-ħames mill-aħ­­- ħ­ar, ħames punti bogħod miż-żona l-ħamra. Huwa sofrew telfa waħda li kienet it-tielet logħba kontra Liverpool (1-0) waqt li l-Clarets ġejjin minn rebħa ta’ 3-2 fl-aħħar ħinijiet kontra Wolves.

Manchester City, li jinsabu fis-sitt post sitt punti wara l-leaders, se jilqgħu lil Bournemouth li qed jokkupaw it-tieni post, fl-Etihad Stadium.

Iċ-Cherries jinsabu fuq sensiela ta’ tmien logħbiet bla telfa għax l-uniku waħda li sofrew kienet dik fl-ewwel ġurnata tal-istaġun kontra Liverpool (4-2).

It-team fit-tielet post mill-aħħar, Nottingham Forest, li dan l-istaġun xejn ma bdew tajjeb, se jkunu fis-City Ground fejn se jiffaċċjaw lil Manchester United li min-naħa tagħhom ġejjin minn tliet rebħiet infila li rawhom jitilgħu jokkupaw is-sitt post b’punti ndaqs ma’ Manchester City.

Jekk hemm player li qed jagħti spinta lill-United dan m’huwa ħadd għajr Bryan Mbuemo li ma kellux jieħu żmien biex jaddatta mal-pass tal-Premier League wara li kien ilu ħames snin ma’ Brentford u magħhom skorja 65 goals f’222 logħba.

Min-naħa tal-Forest dawn għadhom ma ssetiljawx taħt il-manager ġdid, Sean Dyche, tant li għadhom b’rebħa waħda li kisbu fl-ewwel logħ­ba taħt Nuno Espirito Santo.

Brighton se jkunu fl-Amex Stadium kontra Leeds United li jinsabu punt wa­rajhom. Is-Seagulls ġejjin mit-telfa 4-2 kontra l-United wara li qabel ħadu żewġ reb­ħiet u żewġ draws waqt li l-Peacocks għelbu lil West Ham (2-1).

Logħba intriganti għandha tkun dik bejn Crystal Pa­lace u Brentford, żewġ timijiet li għandhom 13-il punt kull wieħed meta jinsabu fl-10 u fil-11-il postijiet rispettivament.

Il-Palace jinsabu fis-seba’ sema meta nhar l-Erbgħa għelbu lil Liverpool għat-tielet darba dan l-istaġun għal­kemm fil-logħba tal-Community Shield spiċċaw fi draw u l-Eagles rebħu wara l-għoti tal-penalties.

Fulham se jkunu fi Craven Cottage kontra t-team ta’ qiegħ il-klassifika, Wolves, li  huma l-uniku team bla reb­ħa u għandhom żewġ punti biss.

Iżda jekk iħarsu lejn it-tieni taqsima tat-telfa 4-3 kontra Chelsea fil-League Cup tal-Erbgħa li għadda wara li sabu ruħhom 3-0 minn taħt qabel il-mistrieħ, għand­hom iqawwu qalbhom għall-kumplament tal-istaġun.

Illum huma se jerġgħu jħabbtuha kontra l-eks żewġ attakkanti tagħhom, Raul Jimenez u Adama Traore.

Il-logħba ta’ kmieni fil­għaxija tal-lum hija d-Derby ta’ Londra bejn Tottenham u Chelsea li għandha tkun waħda bilanċjata.

Spurs ġejjin mir-rebħa 3-0 kontra Everton u jinsabu fit-tielet post filwaqt li Chelsea mir-rebħa tal-League Cup kontra Wolves, waqt li l-Blues qed jokkupaw id-disa’ post iżda tliet punti biss qed jifirdu liż-żewġ timijiet.

Il-logħba ta’ wara nofs ta’ għada hija waħda perikoluża għal West Ham meta min­kejja li se jkunu fil-London Stadium, se jiltaqgħu kontra Newcastle United li għandhom tmien punti iktar minnhom u għad-diżgwid li kellhom fis-sajf bit-tluq sfurzat tal-attakkant Svediż, Alexander Isak, issa donnhom li qed jissetiljaw tajjeb.

Il-Hammers għandhom x’juru erba’ punti biss meta nqabdu seba’ darbiet fuq in-naħa telliefa daqs Wolves.

Finalment il-logħba li tagħ­laq il-programm se ssir nhar it-Tnejn filgħaxija li fiha Sunderland jospitaw lil Everton.

Il-Black Cats kisbu ħames rebħiet u żewġ draws waqt li t-Toffeemen ħadu tliet reb­ħiet u żewġ draws bid-diffe­renza bejniethom hija ta’ sitt punti.

Il-ġimgħa l-oħra huma ssorprendew lil Chelsea meta għelbuhom 2-1 fi Stamford Bridge b’goal fil-ħin miżjud.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport