Saturday, December 20, 2025

Premier Ingliż: Arsenal b’konfront delikat kontra Everton

Aqra wkoll

Kontra dak li ħasbu ħafna l-leaders tal-Premier League Ingliż, Arsenal, mhux qed jiġru bil-kampjonat. Anzi pjuttost li huwa kampjonat ferm missielet bejn erba’ timijiiet li huma Arsenal, Manchester City, Aston Villa u Chelsea, għal­kemm minn ġimgħa għall-oħra l-affarijiet jistgħu jinbidlu drastikament.

Il-Gunners se jerġgħu jkollhom konfront delikat meta f’waħda miż-żewġ logħ­biet ta’ tard illum se jiltaqgħu kontra Everton fil-Hill Dickinson Stadium.

Dan se jiġi wara li l- ġimgħa l-oħra t-team ta’ ikel Mikel Arteta nqabad f’logħba ferm perikoluża kontra t-team tal-qiegħ, Wolves, u minflok li dawn sfaw megħluba b’figura doppja kif bassru bosta kritiċi, il-Gunners kellhom jikkuntentaw b’rebħa sofferta ta’ 2-1 b’żewġ goals auto-goals.

L-avversarji tagħhom, Everton, qed ikollhom sta­ġun sodisfaċenti kontra dawk tal-aħħar snin tant li qed jagħtu logħba lil kul­ħadd.

Il-Gunners ġejjin minn tmien rebħiet, żewġ draws u telfa fl-aħħar 11-il ħarġa tagħhom waqt li r-rekord tat-Toffeemen hija inqas impressjonanti tant li minn sitt logħbiet ħadu erba’ rebħiet u sofrew żewġ telfiet.

Manchester City, li jinsabu żewġ punti wara Arsenal, se jkunu fl-Etihad Stadium kontra West Ham li mill-aħħar sitt logħbiet ħadu reb­ħa, tliet draws u żewġ telfiet, l-aħħar waħda tilfuha 3-2 kontra Aston Villa b’goal tard ta’ Morgan Rogers.

Min-naħa tas-City huma rebħu ħamsa mill-aħħar sitt ħarġiet bl-oħra tkun telfa ta’ 2-1 kontra Newcastle f’St James Park lura fit-22 ta’ Novembru.

Barra minn hekk huma għaddew għas-semi-finali tal-League Cup b’rebħa 2-0 kontra Brentford meta niżlu b’team mibdul ħafna.

Il-programm se jibda illum bil-logħba kmieni wara nofs in-nhar li fiha Newcastle jkunu f’darhom kontra Chelsea wara li fost il-ġimgħa t-tnejn qatgħu l-passaġġ għas-semi-finali tal-League Cup.

Il-Blues xejn m’hu tajjeb għalihom ħlief rebħa biex ma jinqatgħux mit-timijiiet ta’ fuqhom meta ġejjin minn sitt rebħiet, żewġ draws u żewġ telfiet mill-aħħar 10 logħbiet tagħhom.

Min-naħa l-oħra l-Magpies rebħu inqas punti minn­hom mill-istess numru ta’ partiti meta kisbu ħa­mes rebħiet, draw u erba’ telfiet.

Fl-uniku logħba ta’ għada għandna naraw konfront intriganti meta Aston Villa jilqgħu lil Manchester Uni­ted f’Villa Park meta l-Villans qed igawdu vantaġġ ta’ seba’ punti fuq l-avversarji tagħhom li se jkollhom jgħaddu mingħajr tliet pedi­ni importanti bl-iktar wieħed li se jħossu huwa l-attakkant Bryan Mbuemo li mar jilgħab fit-Tazza Afrikana mal-Kamerun, Amad Diallo mal-Ivory Coast u Noussair Mazraoui mal-Marokk.

Mbuemo żvolġa player importanti għat-team ta’ Old Trafford bil-goals li jiskorja jagħmluh wieħed mill-ikbar kisbiet tal-istaġun.

Il-Villa għandhom rekord impekkabbli meta l-aħħar 11-il logħba huma rebħuhom kollha minbarra waħda li huma tilfu bl-aħħar sitta jkunu kollha rebħiet.

Anke ċ-champions Liverpool se jkunu nvoluti f’logħba ferm mistennija meta jmorru Londra biex jiltaq­għu kontra Tottenham Hotspur.

Mill-aħħar ħarġiet huma r-Reds li għandhom l-aħjar rekord fl-aħħar sitt logħbiet meta rebħu tnejn, ġew draw tnejn u tilfu tnejn, waqt li Spurs ħadu rebħa u żewġ draws u tilfu t-tlieta l-oħra.

Wara li daħal jilgħab fl-aħħar logħba kontra Brigh­ton li Liverpool rebħu 2-0 wara li kien tħalla barra erba’ logħbiet, tlieta tal- kampjonat u l-oħra taċ- Champions League, l-attakkant Eġizzjan, Mohamed Salah, se jerġa jkun nieqes minħabba li telaq għall-AFCON biex forsi jżid dan it-tit­lu mal-kullana ta’ unuri li rebaħ ma’ Liverpool.

Spurs jinsabu sitt punti minn post fiċ-Champions League u għalhekk iridu joqogħdu attenti biex fl-is­taġun li ġej jerġgħu jkunu f’din il-kompetizzjoni.

Burnley, li jinsabu fil-post ta’ qabel tal-aħħar, imorru għand Bournemouth f’dak li jidher konfront diffiċli speċjalment meta ċ-Cherries ma jitilfux kif ġieb u laħaq fil-Vitality Stadium, għal­kemm fl-aħħar seba’ logħ­biet, home jew away, xejn ma marru tajjeb bi tliet draws u erba’ telfiet. Min-naħa tal-Clarets huma ġejjin minn seba’ telfiet u għal­daqstant mhumiex f’forma tajba.

Wolves se jkunu f’Molineux fejn jittamaw li sa fl-aħħar jiksbu dik l-imbierka l-ewwel rebħa wara li mill- ewwel 16-il logħba ħadu żewġ draws għalkemm kel­lhom bosta logħbiet li huma tilfuhom fl-aħħar kontra x- xejra tal-logħob.

L-avversarji tagħhom hu­ma Brentford li ġejjin minn żewġ rebħiet, draw u tliet telfiet. Huma jinsabu seba’ punti fuq iż-żona l-ħamra.

Il-logħba l-oħra ta’ tard illum hija bejn Leeds United u Crystal Palace meta dawn tal-aħħar  ġejjin minn draw 2-2 kontra KuPs fil-Confe­rence League. Huma jinsabu 10 punti aħjar minn Leeds għalkemm dawn jafu jieħdu vantaġġ li se jkunu f’Elland Road.

Il-programm jagħlaq nhar it-Tnejn bil-logħba bejn Fulham u Nottingham Forest li jinsabu fin-naħa t’isfel tal- klassifika, iżda xi ftit maq­tugħin mit-tlieta ta’ taħt.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport