Arsenal telgħu fl-ewwel post tal-Premier Ingliż grazzi għal rebħa ta’ 3-0 għand Bournemouth biex għandhom punti massimi minn tliet partiti.
Huma skorjaw żewġ goals kmieni permezz tal- attakkant Norveġiż, Martin Odegaard (5, 11) filwaqt li William Saliba (56) issiġilla r-rebħa għall-Gunners.
C. Palace v Aston Villa – Crystal Palace irreġistraw l-ewwel rebħa tal-istaġun meta laqgħu lil Aston Villa u għelbuhom bl-iskor ta’ 3-1 bil-protagonista jkun Wilfred Zaha (7, 58) bl-aħħar wieħed ikun minn rebound ta’ penalty.
Jean-Philippe Mateta (71) skorja t-tielet goal filwaqt li Aston Villa kienu fetħu l-iskor minn Ollie Watkins (5).
Everton v Nottm F. – Everton kisbu l-ewwel punt meta f’darhom ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 mit-team promoss ta’ Nottingham Forest.
Kien Brennan Johnson (81) li fetaħ l-iskor għall-Forest iżda Demarai Gray (88) kiseb id-draw għat-Toffeemen.
Fulham v Brentford – F’partita missielta eċċitanti Fulham għelbu lil Brentford 3-2 bil-goal tar-rebħa jasal minn Aleksandar Mitrovic (92) fil-ħin miżjud. Il-Cottagers fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Bobby Reid (1) u Joao Palhinha (20) iżda Christian Norgaard (44) u Ivan Toney (71) kisbu d-draw momentarju.
Leicester v Southampton – Southampton dawru telfa f’rebħa meta għalbu lil Leicester 2-1 b’goals minn Che Adams (68, 84) wara li James Maddison (54) fetaħ l-iskor għall-Foxes.