Sunday, November 24, 2024

Premier Ingliż: Arsenal isaħħu posthom u Liverpool fis-sitt post

Aqra wkoll

Arsenal kabbru l-vantaġġ tagħhom f’ras il-klassifika tal-Premier League meta kisbu rebħa kbira ta’ 4-0 kontra Everton b’żewġ goals f’kull taqsima fl-Emirates Stadium b’dawn tal-aħħar jibqgħu f’inkwiet serju tar-relegazzjoni.

It-Toffeemen frustraw lill-Gunners sa ħames minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima meta Bukayo Saka poġġa lit-team ta’ Londra fil-vantaġġ waqt li fil-45+1 minuta kien Gabriel Martinelli li rdoppja l-iskor bil-goal jiġi konvalidat mill-VAR wara li r-referee.

Everton ma kellhomx risposta tant li Martin Odegaard issiġilla t-tielet rebħa wara l-oħra tat-team tiegħu fil-71 minuta b’Martinelli jagħmilhom erbgħa fit-80 minuta.

*Liverpool kellhom lejla feliċi wkoll meta f’Anfield għelbu lil Wolves 2-0 b’żewġ goals fi spazju ta’ erba’ minuti fl-aħħar kwarta bix telgħu fis-sitt post sitt punti wara Tottenham li jinsabu r-raba’ bir-Reds anke lagħbu partita inqas minnhom.

Wara taqsima bla goals fejn sabu lil Wolves organizzati fid-difiża, iżda ftit kellhom x’joffru fl-attakk, Liverpool dehru li se jkollhom lejla frustranti meta madwar is-siegħa logħob Darwin Nunex kellu goal imħassar għal foul ta’ Jota fuq Semedo permezz tal-VAR.

Iżda fit-73 minuta kien Virgil van Dijk li fetaħ l-iskor b’daqqa ta’ ras mill-viċin waqt li Mohamed Salah issigilla r-rebħa fis-77 minuta biex b’hekk pattew għat-telfa 3-0 li ġarrbu f’Molineux fl-4 ta’ Frar.

Sport