Fil-Premier League Ingliż, Arsenal ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għar-rebħ tat-titlu meta f’darhom setgħu biss jispiċċaw fi draw ta’ 3-3 kontra t-team ta’ qiegħ il-klassifika, Southampton.
Huma jinsabu fil-quċċata tal-klassifika b’ħames punti vantaġġ fuq Manchester City iżda dawn tal-aħħar lagħbu żewġ partita inqas u nhar l-Erbgħa li ġej, l-istess City jospitaw lil Arsenal f’dik li hija meqjusa bħala “finali”.
Il-goals tas-Saints waslu minn Carlos Alcaraz (1), Theo Walcott (14) u Duje Caleta-Car (66) filwaqt li għall-Gunners wieġbu Gabriel Martinelli (20), Martin Odegaard (88) u Bukayo Saka (91).