Arsenal żammew il-vantaġġ ta’ tmien punti fil-quċċata tal-klassifika b’rebħa ta’ 4-1 fuq Leeds bl-iskorers ikunu Gabriel Jesus (35 pen, 55), Ben White (47) u Granit Xhaka (84) filwaqt li Rasmus Kristensen (67) skorja għal Leeds.
Bournemouth v Fulham – Bournemouth għelbu lil Fulham 2-1. Kien Andreas Pereira (16) li fetaħ l-iskor għall-Cottagers iżda Marcus Tavernier (50) u Dominic Solanke (79) dawru r-riżultat favur Bournemouth.
Brighton v Brentford – Brighton ospitaw lil Brentford u spiċċaw fi draw ta’ 3-3.
Pontus Jansson (10), Ivan Toney (22) u Ethan Pinnock (49) skorjaw għal Brentford filwaqt li Alexis MacAllister (91 pen) wieġbu għal Brighton.
C. Palace v Leicester – Crystal Palace kisbu rebħa drammatika ta’ 2-1, bil-goals jaslu minn auto-goal ta’ Daniel Iversen (59) u Jean-Philippe Mateta 94) wara li Ricardo Pereira (56) fetaħ l-iskor għall-Foxes.
Nottm F. v Wolves – Nottingham Forest u Wolves spiċċaw fi draw ta’ 1-1.
Brennan Johnson (38) fetaħ l-iskor għall-Forest iżda Daniel Podence (85) kiseb id-draw għall-viżitaturi.