Monday, November 4, 2024

Premier Ingliż: Arsenal jibdew b’rebħa

Aqra wkoll

Arsenal kellhom bidu mill-aktar pożittiv fil-Premier Ingliż meta proprju fl-ewwel partita tal-kampjonat ta’ dan l-istaġun li ntlagħbet f’Selhurst Park, huma għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta’ 2-0.

Kien Gabriel Martinelli li fetaħ l-iskor fl-20 minuta meta xeħet fix-xibka wara li Olexandr Zinchenko niżżillu bir-ras mill-cross ta’ Buyako Saka.

Fit-tieni taqsima, il-Palace żiedu r-ritmu fit-tentattiv li jiksbu d-draw u l-aktar li resqu viċin kien fit-52 minuta meta Wilfred Zaha żmarka għal kollox Eberechi Eze iżda waħdu quddiem Aaron Ramsdale ra t-tentattiv tiegħu jiġi mblukkat mill-goalkeeper ta’ Arsenal.

Ħames minuti mit-tmiem il-Gunners irdoppjaw meta mill-cross ta’ Saka, id-difensur Marc Guehi laqat il-ballun bir-ras ħażin biex xeħet fix-xibka tiegħu stess.

Sport