il-Premier League Ingliż, il-leaders Arsenal u Manchester City, li jinsabu fit-tieni post, irreġistraw rebħa biex kollox baqa’ kif kien fil-quċċata.
Leicester v Arsenal – Il-leaders Arsenal kisbu rebħa importanti għand Leicester bl-iskor ta’ 1-0.
F’nofs l-ewwel taqsima, Arsenal kellhom goal ta’ Leandro Trossard imħassar b’mod kontroversjali meta Ben White ġie ġġudikat li għamel kuntatt, mal-goalkeeper Danny Ward, li kien wieħed minimu.
Iżda minuta mill-ftuħ tat-tieni, il-Gunners marru fil-vantaġġ minn Gabriel Martinelli wara li bidel il-ballun ma’ Trossard.
Bournemouth v Man City – Manchester City żammew il-pass ma’ Arsenal meta marru għand Bouremouth u rebħulhom bl-iskor ta’ 4-1.
Il-goals waslu minn Julian Alvarez (15), Erling Haaland (29), Phil Foden (45) u auto-goal minn Chris Mepham (51).
Il-goal ta’ konsolazzjoni taċ-Cherries ġie skorjat minn Jefferson Lerma (83).
Everton v Aston Villa – Aston Villa marru għand Everton u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0 biex dawn tal-aħħar issa niżlu fiż-żona l-ħamra.
Iż-żewġ goals tal-Villans ġew skorjati fit-tieini taqsima minn Ollie Watkins (63 pen) u Emiliano Buendia (83).
Leeds v Southampton – F’konfront dirett bejn żewġ timijiet li jinsabu jiġġieldu kontra r-relegazzjoni, Leeds United għelbu lil Southampton bl-iskor ta’ 1-0, bl-uniku goal tal-partita jasal minn Junior Firpo (77).
West Ham v Nottm F. – West Ham inqalgħu miż-żona l-ħamra meta rreġistraw kbira ta’ 4-0 fuq Nottingham Forest, bil-goals kollha jaslu fl-aħħar 20 minuta minn Danny Ings (70, 73), Declan Rice (78) u Michail Antonio (85).