Sunday, December 22, 2024

Premier Ingliż: Bidu pożittiv għall-coach Arne Slot ma’ Liverpool

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ing­liż, l-era tal-coach Olan­diż, Arne Slot, fit-tmexxija ta’ Liverpool bdiet fuq nota pożittiva meta marru għand Ipswich Town u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0.

Wara taqsima li fiha ddi­żappuntaw, fit-tieni taqsima r-Reds kienu trasformati għal kollox biex skorjaw iż-żewġ goals bl-attakkant Eġizzjan, Mohamed Salah, ikun il-protagonista.

Fis-60 minuta ġab waħdu li Diogo Jota li kompla l-ballun għal ġewwa filwaqt li ħames minuti wara kien Salah stess li ssiġilla r-rebħa.

Ta’ min jgħid ukoll li din kien l-ewwel rebħa għal Liverpool fl-ewwel ġurnata tal-istaġun f’dan il-Millennju. 

Arsenal v Wolves – Arsenal ospitaw lil Wolves u reb­ħulhom bl-iskor ta’ 2-0.

Il-Gunners fetħu l-iskor fil-25 minuta minn daqqa’ ta’ ras ta’ Kai Havertz li kkonkluda mill-cross ta’ Bukayo Saka … biex dan tal-aħħar irdoppja fis-60 minuta.

Everton v Brighton – Everton sofrew telfa kbira f’darhom kontra Brighton bl-iskor ta’ 3-0.

U biex l-affarijiet komplew sejrin ħażin għalihom, tkeċċa Ashley Young (66) għal karta ħamra diretta.

Il-goals tas-Seagulls waslu minn Kaoru Mitoma (26), Danny Welbeck (56) u Simon Adingra (87).

Newcastle v Southampton – Minkejja li lagħbu għal siegħa sħiħa bi player inqas meta tkeċċa Fabian Schar (30), Newcastle xorta waħda kienu tajbin biżżejjed biex għelbu lil Southampton 1-0, bil-goal jasal minn Joelinton (45).

Nottm F. v Buournemouth – Nottingham Forest u Bournemouth temmew fi draw ta’ 1-1.

Kien Chris Wood (23) li fetaħ l-iskor għall-Forest iżda Antoine Semenyo (87) kiseb id-draw għaċ-Cherries.

West Ham v Aston Villa – West Ham laqgħu lil Aston Villa u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-1, b’dawn tal-aħħar jidhru li se jisfidaw għall-unuri.

Il-goals tal-Villans waslu minn Amadou Onana (4) u Jhon Duranm (79) filwaqt li Lucas Paqueta (37 pen) kiseb id-draw momentarju għall-Hammers.

Ekonomija

Sport