Sunday, November 24, 2024

Premier Ingliż: Chelsea jitilfu vantaġġ ta’ żewġ goals kontra Arsenal

Aqra wkoll

Fil-Premier League  Ing­liż, Arsenal irkupraw van­taġġ ta’ żewġ goals Chelsea biex fid-derby ta’ Londra temmew fi draw ta’ 2-2.  

Liverpool v Everton – Liverpool rebħu d-derby ta’ Merseyside meta f’Anfield huma għelbu lil Everton bl-iskor ta’ 2-0. 

Minkejja li ddomi­naw għal ħafna ħini­jiet huma dehru għajjiena għall-fatt li kellhom jilagħbu fl-ewwel partita wara l-logħbiet internazzjonali … it-12-il waħda mindu l-manager, Jurgen Klopp, inħatar fil-kariga. 

Iż-żewġ goals waslu fit-tieni taqsima minn Mohamed Salah (75 pen, 94).

Fit-37 minuta, it-Toffeemen spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Ashley Young għal żewġ karti sofor. 

Bournemouth v Wolves – Wolves marru għand Bournemouth u dawru telfa f’rebħa biex għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1. 

Kien Dominic Solanke (17) li fetaħ l-iskor għal Bournemouth iżda Matheus Cunha (47) u Sasa Kalajdzic (88) taw it-tliet punti lil Wolves. 

Bournemouth kellhom lil Lewis Cook (54) imkeċċi. 

Brentford v Burnley – Brentford irreġistraw rebħa mill-aktar importanti meta għelbu lil Burnley bl-iskor ta’ 3-0, bil-goals jaslu minn Yoane Wissa (25), Bryan Mbeumo (62) u Saman Ghoddos (87).

Burnley kellhom lil Connor Roberts (78) imkeċċi għal żewġ karti sofor. 

Man City v Brighton – Mancheser City kellhom jitħabtu biex għelbu lil Brighton bl-iskor ta’ 2-1. 

Huwa fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Julian Alvarez (7) u Erling Haland (19) filwaqt li Ansu Fati (73) naqqas il-marġni tal-iskor għas-Seagulls.

Fil-ħin miżjud, is-Citizens tilfu lil Manuel Akanji  meta ntwera l-karta l-ħamra. 

Newcastle v C. Palace – Newcastle United kienu fi klassi għalihom meta laqgħu lil Crystal Palace u rebħulhom bl-iskor ta’ 4-0. 

Il-protagonisti tal-Magpies kienu Jacob Murphy (4), Anthony Gordon (44), Sean Longstaff (45) u Callum Wilson (66).

Nottm F. v Luton – Nottingham Forest setgħu biss jispiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra Luton Town. 

Huma fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Chris Wood (48, 76) iżda Chiedo­zie Ogbene (83) u Elijah Adebayo (93) salvaw ir-riżultat għall-Hatters. 

Chelsea v Arsenal – Chelsea ospitaw lil Arsenal u spiċċaw fi draw ta’ 2-2 wara li kienu qed igawdu vantaġġ ta’ żewġ goals. 

Cole Palmer (36 pen) u Mykhailo Mudryk (48) skorjaw għal Chelsea iżda Declan Rice (77) u Leandro Trossard (84) salvaw ir-riżultat għall-Gunners. 

Sport