Goal fil-ħin miżjud ta’ Harry Kane salva r-riżultat għal Tottenham għal draw ta’ 2-2 kontra Chelsea f’partita karatterizzata minn tensjoni fejn saħansitra tkeċċew ukoll iż-żewġ coaches rispettivi fi tmiem il- logħba.
Chelsea kienu dejjem fil- vantaġġ bl-iskorers ikunu Kalidou Koulibaly (19) u Reece James (77) filwaqt li Pierre-Emile Hojbjerg (68) u Harry Kane (96) wieġbu għal Spurs.
L-argumenti bejn iż-żewġ partiti bdew jiskalaw fejn laħqu l-qofol tagħhom wara s-suffara finali fejn il-managers Thomas Tuchel (Chelsea) u Antonio Conte (Tottenham) intwerew it-tieni karta safra.