Sunday, September 15, 2024

Premier Ingliż: Jispikka d-derby ta’ Manchester

Aqra wkoll

Il-logħba li tiġbed l-attenzjoni fit-28 programm tal-istaġun tkun id-Derby ta’ Manchester bejn iċ-cham­pions Manchester City u r-rivali mill-istess belt, Manchester United, li jinsabu mifrudin b’19-il punt favur it-team ta’ Pep Guardiola.

Man C. v Man U. – Il-Uni­ted qed ifittxu li jirbħu għar-raba’ darba konsekuttiva fil-kompetizzjonijiet kol­lha għand is-City bl-aħħar li għamlu dan kien bejn Novembru 1993 u Novembru 2000. 

Min-naħa l-oħra s-City se jippruvaw jagħmlu d-double fuq l-avversarji tagħ­hom għat-tieni darba taħt Pep Guardiola wara li għamlu dan fl-2018-19.

Il-winger Riyad Mahrez kien involut f’disa’goals fl-aħħar tmien logħbiet fil-Premier League fejn skorja sitt goals u ta tliet assists, iżda kontra l-ebda team ma l-Alġerin lagħab f’iktar logħbiet fil-kompetizzjonijiet kollha mingħajr ma skor­ja kontra l-United (11).

Fl-aħħar ħames logħbiet is-City rebħu 10 punti, wieħed iktar mill-United biex dawn ma resqux iktar viċin tagħhom. Barra minn hekk f’dawn il-logħbiet hu­ma s-City li tilfu logħba meta ħmistax ilu sfaw megħ­luba minn Tottenham 3-2 wara li kienu 2-1 fil-vantaġġ.

Liverpool v West Ham – Interess mill-viċin fil-logħba ta’ qabel għandhom Li­verpool, friski mir-rebħ tal-League Cup il-Ħadd li għadda kontra Chelsea biex b’hekk għandhom wieħed ġewwa minn erba’ unuri tal-Quadruple Crown.

Ir-Reds se jilqgħu lil West Ham li jinsabu fil-ħa­mes post meta rebħu l-aħħar ħames logħbiet waqt li l-Hammers kisbu tmien punti mill-aħħar ħa­mes logħbiet.

West Ham qed iħarsu biex jiksbu double fuq Li­verpool għat-tieni darba biss mill-2015-16 wara li diġá għelbuhom 3-2 fil-London Stadium.

Leicester C. v Leeds U.– Il-manager il-ġdid ta’ Leeds, l-Amerikan Jesse Marsch se jiddebutta f’din il-logħba li hija ta’ importanza kbira għa­lihom meta jinsabu żewġ punti bogħod miż-żona l-ħamra.

Min-naħa tagħhom Lei­cester jinsabu trankwilli f’nofs il-klassifika u anke jinsabu fil-kwarti-finali tal- Conference League. 

Huma għand­hom attakkant perikoluż f’Patson Daka għalkemm issa jidher li Jamie Vardy jista’ jirritorna wara assenza twila.

Aston Villa v Southampton – Żewġ timijiet f’nofs il-klassifika se jiltaqgħu f’St Mary’s Stadium bis-Saints qed igawdu ħames punti vantaġġ fuq il-Villa li wara bidu tajjeb taħt il- manager Steven Gerrard issa qed ifallu ħafna punti.

Nhar it-Tlieta Southampton għaddew għall-aħħar tmienja tal-FA Cup  u għalhekk jinsabu b’moral għoli.

Burnley v Chelsea – It- tielet team mill-aħħar se jiltaqa’ kontra dak li jinsab it-tielet għalkemm il-moral ta’ Chelsea huwa wieħed baxx wara l-avvenimenti li ġraw konsegwenza tal-invażjoni tar-Russja tal-Uk­raj­na meta s-sid tagħ­- h­om, Roman Abramovich, iddeċieda li jbiegħ il-club.

Mill-aħħar ħames partiti Chelsea kisbu tmien punti u Burnley sebgħa għalkemm nhar l-Erbgħa tilfu f’darhom kontra Leicester.

Newcastle v Brighton – Wara li kienu qed jidhru kandidati serji li jiġu relegati, Newcastle United rkupraw tajjeb taħt il-mana­ger Eddie Howe u issa jinsabu erba’ punti fuq iż-żona l-ħamra.

B’hekk l-għan tagħhom li iżommu posthom mal-kbar qed jirnexxi tant li mill-aħħar ħames logħbiet ħadu erba’ rebħiet u draw bi Brighton ġejjin minn tliet telfiet wara xulxin.

Norwich v Brentford – Minkejja li Norwich taw l-illużjoni li se jinqalgħu miż-żona l-ħamra, huma reġgħu waqgħu fl-aħħar post ħames punti inqas mir-raba’ team mill-aħħar.

L-avversarji tagħhom, Brentford, xejn m’huma għaddejjin tajjeb tant li ħadu punt biss mill-aħħar ħames logħbiet u għalhekk it-team ta’ Thomas Frank irid joqgħod attent li ma jmurx minn fejn ġie sena ilu.

Wolves v C. Palace – Żewġ timijiet li jinsabu mif­rudin b’10 punti favur Wolves se jiltaqgħu f’Molineux b’dawn tal-aħħar ji­tilfu żewġ logħbiet f’Londra fi spazju ta’ tlett ijiem waqt li l-Palace ħadu rebħa biss mill-aħħar ħames logħbiet. Meta ltaqgħu fl-ewwel round kienu l-Eagles li reb­ħu 2-0 u għalhekk se jippruvaw jagħmlu double.

Arsenal v Watford– Il-Gunners, li qed jissieltu biex jidħlu fiċ-Champions League, se jilqgħu lil  Waford li huma ddisprati għall-punti meta jinsabu fil-post ta’ qabel l-aħħar. 

Iżda dawn żgur li se jagħtuhom battikata bħal ma taw lil Manchester Uni­ted is-Sibt li għadda meta ħarġu b’punt minn Old Trafford.

It-team ta’ Mikel Arteta ġej minn tliet rebħiet wara xulxin waqt li l-Hornets kisbu rebħa u draw minn ħames logħbiet.

Tottenham v Everton – Żewġ timijiet b’għanijiet differenti se jiltaqgħu fit- Tottenham Stadium fejn Spurs qed ikollhom riżultati mħallta waqt li Everton xejn m’huma sejrin tajjeb tant li kisbu rebħa biss minn ħames ħarġiet u jinsabu punt fuq Burnley li jin­sabu f’periklu serju tar-relegazzjoni.

Ekonomija

Sport