Fil-Premier League Ingliż, il-konfront ‘Olandiż’ xaqleb lejn Arne Slot hekk kif Liverpool marru f’Old Trafford u għelbu lir-rivali eterni, Manchester United 3-0, li huma mmexxija minn Erik ten Hag.
Liverpool kienu fi klassi għalihom fejn ir-rebħa setgħet kienet ferm akbar li kieku kienu aktar dixxiplinati quddiem il-lasti avversarji.
Huma daħlu jistrieħu f’vantaġġ ta’ żewġ goals permezz ta’ doppjetta ta’ Luis Diaz (35, 42) minn żewġ assists ta’ Mohamed Salah.
Imbagħad, fis-56 minuta, l-attakkat Egizzjan issiġilla r-rebħa biex kompla jżid mal-goals tiegħu f’Old Trafford għal għaxra.
Newcastle v Tottenham – Newcastle United irreġistraw it-tieni rebħa meta għelbu lil Tottenham Hotspur bl-iskor ta’ 2-1.
Minkejja li Spurs iddominaw għal ħafna ħinijiet fl-ewwel taqsima, kien Harvey Barnes (37) li fetaħ l-iskor għall-Magpies.
Tottenham kisbu d-draw minn auto-goal ta’ Dan Burn (56) iżda l-attakkant Svediż, Alexander Isak (78) ta t-tliet punti lil Newcastle.
Chelsea v C. Palace – Minkejja li kienu l-aktar attivi fis-suq tat-trasferimenti u saħanistra akkwistaw lil Jadon Sancho mingħand Manchester United, ftit sigħat qabel l-għeluq tiegħu, huma setgħu biss jispiċċaw fi draw ta’ 1-1 f’darhom kontra Crystal Palace.
Kien Nicolas Jackson (25) li fetaħ l-iskor għall-Pensioners iżda Eberechi Eze (53) kiseb id-draw għall-Palace.