Saturday, January 3, 2026

Premier Ingliż: Man City jilqgħu lil Chelsea fl-aqwa partita

Aqra wkoll

L-ewwel programm tas- sena 2026 li jaħbat ukoll l-ewwel wieħed tat-tieni round għalkemm kull team għandu wieħed li għadu ma ltaqax miegħu dan l-istaġun.

Bla dubju, il-logħba li hija l-ikbar attrazzjoni fuq il-karta hija dik li se tagħlaq il-programm għada filgħaxija li fiha Manchester City se jkunu fl-Etihad Stadium biex jilqgħu lil Chelsea b’dawn ikunu mingħajr manager wara li keċċew lit-Taljan, Enzo Maresca, mill-kariga fl-ewwel ġurnata tas-Sena l-Ġdida.

Is-City ġew miżmuma fi draw ta’ 0-0 minn Sunderland li kienu qed jilagħbu f’darhom biex komplew bl-istaġun stupend tagħhom meta qed jokkupaw is-seba’ post punt wara Chelsea u Manchester United. B’hekk huma għandhom moħħhom mistrieħ li mhux se jiġu rele­gati wara li rritornaw mal-kbar wara tmien snin.

Min-naħa tas-City kien każ li  l-iskor­er prolifiku Erling Haaland kien miżmum f’morsa u għalhekk l-attakk ma kienx daqstant b’saħ­ħtu.

Il-leaders Arsenal, li nhar it-Tlieta waqqfu s-sensiela ta’ telfa waħda fost 13-il reb­ħa ta’ Aston Villa meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 4-1, se jmorru fil-Vitality Sta­dium biex jiltaqgħu kontra Bournemouth li mill-aħħar 10 logħbiet ma rreġistrawx rebħa, eżattament ħa­mes draws u ħames telfiet jiġifieri ħames punti minn 30 għad-dispożizzjoni tagħ­hom li ċertament huwa rekord negattiv.

Min-naħa tal-Gunners, li qed jippruvaw jirbħu t-titlu wara 22 sena, huma rebħu disa’ logħbiet mill-aħħar 12 bl-oħrajn ikunu żewġ draws u telfa, li hija forma li tista’ tarak ittemm fil-quċċata fl-aħħar tal-istaġun.

Il-Villans se jkollhom ċans ipattu għat-telfa kontra Arsenal meta fl-ewwel logħba ta’ kmieni llum wara nofs in-nhar se jospitaw lil Nottingham Forest li ġejjin minn erba’ rebħiet u ħames telfiet fl-aħħar disa’ ħarġiet tagħhom bl-aħħar telfa tkun dik f’darhom kontra Everton 2-0.

Brighton, li jinsabu fl-14-il post iżda trankwilli mill-inkwiet tar-relegazzjoni meta qed igawdu 11-il punt fuq it-tielet team mill-aħħar, se jkunu fl-AMEX Stadium biex jilqgħu lit-team fl-inkwiet tar-relegaz­zjoni, Burnley,

Il-Clarets għadhom kisbu tliet rebħiet u tliet draws dan l-istaġun waqt li tilfu t-13-il logħba l-oħra u għalhekk jidhru li se jirritornaw mill-ewwel fiċ-Championship.

Fl-aħħar konfronti tagħ­hom iż-żewġ timijiet ma spiċċawx fin-naħa rebbieħa fejn is-Seagulls ġew draw 2-2 għand West Ham u Burnley sfaw megħluba 3-1 f’darhom minn Newcastle.

Wara li kisbu draw ta’ 1-1 kontra Manchester United f’Old Trafford, Wolves se jkunu f’Molineux f’logħba li tiswa sitt punti meta l-avversarji huma West Ham tal-manager Nuno Espirito Santo li fil-ħames logħbiet li ffaċċja lill-eks team tiegħu għadu ma ħariġx tellief.

Il-Hammers darbtejn kie­nu minn fuq kontra Brigh­ton nhar it-Tlieta iżda kel­lhom jikkuntentaw b’punt bħal ma kien il-każ ta’ Wolves kontra l-United.

B’dan id-draw Wolves waqqfu sensiela ta’ 11-il telfa konsekuttiva, iżda s-sitwazzjoni tagħhom għadha prekarja.

Logħba li tista’ tkun bilanċjata hija dik f’Elland Road li fiha Leeds United jilqgħu lil Manchester Uni­ted meta t-tnejn ġejjin minn draws, tal-ewwel kontra Liverpool (0-0) u l-United kontra Wolves (1-1).

F’Anfield, Leeds marru viċin li jieħdu t-tliet punti, iżda goal ta’ Dominic Calvert-Lewin fit-tieni taqsima ġie annullat għal offside.Min-naħa tal-United huma qed iħossu l-influwenza tal- captain Bruno Fernandes li jinsab imweġġa’ kif ukoll il-goals ta’ Bryan Mbeumo li qed jieħu sehem fl-AFCON.

Everton li qed ikollhom wieħed mill-aqwa staġuni ta’ dawn l-aħħar snin, se jiltaqgħu kontra Brentford f’darhom meta ż-żewġ timijiet għandhom rekord kważi simili fl-aħħar disa’ ħarġiet tagħhom.

It-Toffeemen rebhu ħa­mes logħbiet, ġew draw darba u tilfu tlieta waqt li l-Bees rebħu erbgħa, ġew draw tnejn u tilfu tlieta wkoll.

Wara d-draw kontra Cry­stal Palace, Fulham se jkunu fi Craven Cottage kontra Liverpool b’dawn iridu joqogdu attenti biex ma jfallux iktar punti u jipperi­kolaw post fiċ-Champions League meta issa hemm taqtiegħa ħarxa bejnhom, Chelsea u Manchester Uni­ted għar-raba’ post.

Newcastle, li huma wieħed minn tliet timijiet li rebħu fost il-ġimgħa, se jkunu f’St James Park kontra Crystal Palace li ġejjin minn tliet telfiet u draw.

Il-logħba l-oħra fil-programm hija dik bejn Tottenham u Sunderland li tal-ewwel wkoll naqsu milli jegħlbu lil Brentford meta t-tnejn għandhom rashom mistrieħa minn kull inkwiet tar-relegazzjoni.

Barra minn hekk il-ma­nager ta’ Spurs, Thomas Frank, naqas li jegħleb lill-eks team tiegħu fl-ewwel okkażjoni li kellu kontrihom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport