Friday, November 15, 2024

Premier Ingliż: Manchester City ikabbru l-vantaġġ fil-quċċata

Aqra wkoll

Bit-timijiet ta’ warajhom ikunu mpenjati llum, Manchester City saħħew il- quċċata tal-klassifika meta għelbu lil Nottingham Forest bl-iskor ta’ 2-0 biex fetħu vantaġġ ta’ ħames punti. 

Man City v Nottm F. – Manchester City ospitaw lil Nottingham Forest u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0. 

Huma fetħu l-iskor wara biss seba’ minuti meta Kyle Walker xeħet lejn Phil Foden li minn tarf il-kaxxa ż-żgħira tefa’ fix-xibka. 

Imbagħad, fl-14-il minuta, huma rduppjaw mis-so­litu, Erling Haaland, meta mill-cross tal-akkwist il-ġdid, Mattheus Nunes, ikkonkluda bir-ras. 

Minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima, il-midfielder tas-Citizens, Rodri, intwera l-karta l-ħamra għal ritaljazzjoni fuq Morgan Gibbs-White. 

C. Palace v Fulham – Il-partita bejn Crystal Pa­lace u Fulham kienet l-uni­ka waħda li ntemmet fi draw ta’ mingħajr goals. 

Luton v Wolves – Luton kisbu l-ewwel punt tal-istaġun meta f’darhom spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra Wolves. 

Kien Pedro Neto (50) li fetaħ l-iskor għal Wolves wara li laħaq fuq il-ballun qabel id-difensur Tom Lockyer.

Fil-65 minuta, Luton ingħataw dak li deher penalty kontroversjali meta l-ballun ħabat ma’ id Joao Gomes b’mod mill-aktar aċċidentali … u mill-11-il metru Carlton Morris ma żbaljax.  

Fid-39 minuta, Wolves spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta Jeanricner Bellegarde ta bis-sieq lil Lockyer wara li waqgħu it-tnejn mal-art.

Ekonomija

Sport