Fil-Premier League Ingliż, Manchester City qabżu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika meta barra minn darhom għelbu lil Fulham bl-iskor ta’ 2-1.
Min-naħa ta’ Newcastle United u Manchester United għamlu pass kbir lejn il-kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League meta għelbu lil Southampton u lil Aston Villa rispettivament.
Fulham v Man City – Manchester City irreġistraw rebħa importanti meta marru Craven Cottage u għelbu lil Fulham bl-iskor ta’ 1-0 biex telgħu fl-ewwel post tal-klassifika, b’punt aktar minn Arsenal u jridu jirkupraw partita bil-possibbiltá li jżidu l-vantaġġ għal erba’ punti … biex jersqu aktar viċin li jirbħu l-ħames kampjonat f’sitt snin.
Is-Citizens kellhom bidu mill-aqwa meta wara biss tliet minuti ngħataw penalty li minnu Erling Haaland ma żbaljax biex skorja l-50 goal għas-City fil-kompetizzjonijiet kollha f’dan l-istaġun.
Peró, Carlos Vinicius (15) kiseb id-draw għal Fulham. Madankollu, il-viżitaturi kisbu t-tliet punti permezz ta’ xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Julian Alvarez (36).
Bournemouth v Leeds – Bournemouth għelbu lil Leeds United 4-1 biex dawn tal-aħħar għadhom fl-inkwiet tar-relegazzjoni.
Il-goals waslu minn Jefferson Lerma (20, 24), Dominic Solanke (63) u Antoine Semenyo (92) filwaqt li Patrick Bamford (30) wieġeb għal Leeds.
Man Utd v Aston Villa – Manchester United għelbu lil Aston Villa bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal waħdani jasal minn Bruno Fernandes (39).
Newcastle v Southampton – Newcastle United rebħu lit-team tal-qiegħ, Southampton, bl-iskor ta’ 3-1 bil-goals jaslu minn Callum Wilson (54, 81) u auto-goal ta’ Theo Walcott (79) wara li Stuart Armstrong (41) fetaħ