Saturday, November 16, 2024

Premier Ingliż: Manchester City pass eqreb lejn ir-rebħ tat-titlu

Aqra wkoll

Manchester City resqu pass eqreb lejn ir-rebħ tal-Premier Ingliż meta f’logħba barra minn pajjiżhom għelbu lil Wolves bl-iskor ta’ 5-1. 

Il-protagonista kien Kevin De Bruyne (7, 16, 24, 60) li skor­ja erba’ goals, bl-ieħor jasal minn Raheem Sterling (86) filwaqt li Leander Dendoncker (11) skorja għal Wolves.

Fil-partita li jmiss, jekk Manchester City jegħlbu lil West Ham u Liverpool jonqsu milli jegħlbu lil Southampton, is-Citizens jiġu dikjarati champions.

Leeds v Chelsea – Jidher li Leeds United se jkunu t-tielet team li se jiġi relegat flimkien ma’ Norwich u Watford, wara li f’logħba li saret f’pajjiżhom sfaw megħluba minn Chelsea bl-iskor ta’ 3-0. 

Iżda din ir-rebħa ġiet imtappna bl-injury ta’ Mateo Kovacic wara daħla kerha minn Daniel James (24) li filwaqt li tkeċċa, l-istaġun għall-midfielder Kroat huwa mitmum. 

It-tliet goals tal-Pensioners waslu minn Mason Mount (4), Christian Pulisic (55) u Romelu Lukaku (83).

Leicester v Norwich – Leicester għelbu lil Norwich bl-iskor ta’ 3-0, bl-iskorers ikunu Jamie Vardy (54, 62) u James Maddison (70). 

Watford v Everton – Everton kisbu punt mill-aktar importanti fit-tentattiv tagħhom għas-salvazzjoni meta spiċ­ċaw fi draw ta’ 0-0 għand Watford.

Ekonomija

Sport