Saturday, October 26, 2024

Premier Ingliż: Newcastle United isaħħu t-tielet post

Aqra wkoll

Newcastle United saħħew it-tielet post tal-klassifika tal-Premier Ingliż meta marru għand West Ham u għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 5-1 biex il-pressjoni fuq il-manager, David Moyes, kompliet tikber li jista’ jitkeċċa.

Callum Wilson u Joelinton poġġew lill-viżitaturi tnejn fil-vantaġġ fi żmien 15-il minuta, qabel ma Kurt Zouma naqqas il-marġni tal-iskor. 

Iżda żbalji ta’ Nayef Aguerd u Lukasz Fabianski ppermettew lil Wilson jiskorja t-tieni goal personali u lil Alexander Isak iżid ir-raba’, b’Joelinton jagħmilhom ħamsa fil-ħin miżjud.

It-telfa tħalli lil West Ham barra miż-żona ta’ relegazzjoni bid-differenza tal-goals.

It-tim ta’ Moyes huwa wieħed minn erba’ timijiet b’27 punt, flimkien ma’ Everton, Nottingham Forest u Bournemouth fit-18-il post.

Sport