Saturday, September 21, 2024

Premier Ingliż: Rebħa drammatika minn Brighton fuq Man Utd

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Manchester United sofrew l-ewwel telfa tal-istaġun meta barra minn darhom sfaw megħluba bl-iskor ta’ 3-2 minn Brighton.

Min-naħa ta’ Manchester City, irreġistraw rebħa ta’ 4-1 fuq Ipswich ispirati minn tripletta ta’ Erling Haaland.

Arsenal kisbu rebħa tajba għand Aston Villa bl-iskor ta’ 2-0 biex se jerġgħu jkunu sfidanti denji.

Brighton v Man Utd – Brighton laqgħu lil Manchester United u kisbu rebħa drammatika ta’ 2-1 bil-goal deċiżiv jasal minn daqqa ta’ ras ta’ Joao Pedro (95). Kien Danny Welbeck (32) li fetaħ l-iskor għas-Seagulls iżda Amad Diallo (60) kiseb id-draw momentarju għar-Red Devils.

C. Palace v West Ham – West Ham marru għand Crystal Palace u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu fit-tieni taqsima minn Tomas Soucek (62) u Jarrod Bowen (72).

Fulham v Leicester – Fulham ospitaw lit-team promoss ta’ Leicester City u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1.

L-iskorers kienu Emile Smith-Rowe (18) u Alex Iwobi (70) filwaqt li Wout Faes (38) wieġeb għall-Foxes.

Man City v Ipswich – Manchester City kisbu rebħa komda ta’ 4-1 fuq Ipswich Town, bil-protagonista jkun Erling Haaland (12 pen, 16, 88) li skorja hat-trick bil-goal l-ieħor jasal minn Kevin De Bruyne (14).

Dan wara li huma ħadu ħasda kbira meta wara biss seba’ minuti, Sammie Szmo­dics fetaħ l-iskor għat-team promoss.

Southampton v Nottm F. – F’konfront dirett bejn żewġ timijiet li jidhru li se jkunu qed jissieltu għas-salvazzjoni, f’darhom Southampton sfaw megħluba minn Nottingham Forest bl-iskor ta’ 1-0, bl-uniku goal tal-partita jasal minn Morgan Gibbs-White (70).

Tottenham v Everton – Wara li fl-istaġun li għad­da Everton ħelsuha ħafif mir-relegazzjoni, huma għad­hom mingħajr l-ebda punt meta din id-darba marru għand Tottenham u tilfu bl-iskor ta’ 4-0, bl-iskorers ikunu Yves Bissouma (14), Son Heung-Min (25, 77) u Cristian Romero (71).

 Aston Villa v Arsenal – Arsenal marru għand Aston Villa u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0 liema goals waslu fit-tieni taqsima.

Il-partita kienet waħda bilanċjata iżda appena l-Gunners fetħu l-iskor minn Lean­dro Trossard (67), il-Villans tfixklu, tant, li Thomas Partey irdoppja fis-77 minuta.

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport