Fil-Premier League Ingliż, Liverpool fetħu vantaġġ ta’ erba’ punti fil-quċċata tal- klassifika meta kisbu rebħa drammatika ta’ 1-0 fuq Nottingham Forest.
Peró, huma lagħbu partita aktar mit-timijiet li jinsabu fit-tieni u fit-tielet postijiet, Manchester City u Arsenal.
Nottm F. v Liverpool – B’bosta players regolari neqsin, il-leaders Liverpool marru għand Nottingham Forest u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0, bil-goal jasal fid-99 minuta minn daqqa ta’ ras ta’ Darwin Nunez hekk kif il-partita dehret li se tintemm fi draw.
Brentford v Chelsea – Brentford u Chelsea qasmu erba’ goals għal draw ta’ 2-2.
Għal Chelsea skorjaw Nicolas Jackson (35) u Axel Disasi (83) filwaqt li Mads Roerslev Rasmussen (50) u Yoane Wissa (69) wieġbu għat-team ospitu.
Everton v West Ham – Everton laqgħu lil West Ham u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 3-1 bil-goals tal-Hammers jaslu minn Kurt Zouma (62), Edson Alvarez (91) u Tomas Soucek (95) wara li Beto (56) fetaħ l-iskor għal Everton li fil-45 minuta falla penalty.
Fulham v Brighton – Fulham kisbu rebħa komda ta’ 3-0 bl-iskorers ikunu Harry Wilson (21), Rodrigo Muniz (32) u Adama Traore (92).
Newcastle v Wolves – Anke Newcastle għelbu lil Wolves 3-0, bil-protagonisti jkunu Alexander Isak (14), Anthony Gordon (33) u Valentino Livramento (93).
Tottenham v C. Palace – Tottenham dawru telfa f’rebħa meta għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta’ 3-1.
Kien Eberechi Eze (59) li fetaħ l-iskor għall-Palace iżda Timo Werner (77), Cristian Romero (80) u Son Heung-Min (88) taw it-tliet punti lil Spurs.
Luton v Aston Villa – Barra minn darhom Aston Villa għelbu lil Luton bl-iskor ta’ 3-2 biex saħħew ir-raba’ post tal-klassifika.
Il-goals ġew skorjati minn doppjetta ta’ Ollie Watkins (24, 38) u Lucas Digne (89) filwaqt li Tahith Chong (66) u Carlton Morris (72) kisbu d-draw momentarju għall-Hatters.