Friday, November 15, 2024

Premier Ingliż: Tottenham jiksbu l-ikbar rebħa

Aqra wkoll

Tottenham Hotspur taw twissija lir-rivali tal-Premier League Ingliż hekk kif fl-ewwel ġurnata huma mpressjonaw billi għelbu lil Southampton bl-iskor ta’ 4-1.

Tottenham v Southampton – Tottenham Hotspur irreġistraw l-akbar rebħa meta għelbu lil Southampton bl-iskor ta’ 4-1.

Kienu s-Saints li fetħu l- iskor minn James Ward-Prowse (12). Iżda Spurs dawru r-riżultat favur tagħhom permezz ta’ Ryan Sessegnon (21), Eric Dier (31), auto-goal ta’ Mohammed Salisu (61) u Dejan Kulusevski (63).

Bournemouth v Aston Villa – Bournemouth, promossi miċ-Championship, laqgħu lil Aston Villa u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu wieħed f’kull taqsima minn Jefferson Lerma (2) u Kieffer Moore (80).

Leeds v Wolves – Leeds United dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Wolves bl-iskor ta’ 2-1 bil-goals jaslu minn Rodrigo Moreno (24) u auto-goal ta’ Rayan Ait Nouri (74) wara li Daniel Podence (6) fetaħ l-iskor għall-viżitaturi.

Newcastle v Nottm F. – Newcastle, team b’aspetattivi għoljin, għelbu lil Nottingham Forest bl-iskor ta’ 2-0.

Wara taqsima bla goals, il-Magpies skorjaw darb­tejn minn Fabian Schar (58) u Callum Wilson (78).

Everton v Chelsea – Chelsea marru għand Everton u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0. Il-goal li ddeċieda l-partita wasal fid-disa’ minuta tal-ħin miżjud minn penalty mogħti minn Jorginho wara li Abdoulaye Doucoure waq­qa’ lil  Ben Chilwell fil-kaxxa l-kbira.

Fit-42 minuta, id-debuttant Raheem Sterling sab ix-xibka iżda l-goal ma ġiex konvalidat minħabba li kien f’pożizzjoni ta’ offside.

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss
Ekonomija

Sport