Saturday, December 21, 2024

Premier League: Arsenal u Liverpool ifallu żewġ punti kull wieħed

Aqra wkoll

Fl-aqwa partita ta’ tmiem il-ġimgħa tal-Premier League Ingliż, Arsenal u Liverpool spiċċaw fi draw ta’ 2-2 liema riżultat ikkuntenta l-aktar lil Manchester City li baqgħu fil-quċċata tal-klassifika … punt fuq Liverpool u ħamsa fuq Arsenal. 

Il-goals tal-Gunners waslu minn Bukayo Saka (9) u Mikel Merino (43) li kien f’pożizzjoni dubjuża ta’ offside.

Iżda Liverpool irnexxielhom jirkupraw minn Virgil van Dijk (18) u l-attakkant Eġizzjan, Mohamed Salah (81), li salva l-ġurnata għar-Reds. 

Chelsea v Newcastle – Chelsea għelbu lil Newcastle bl-iskor ta’ 2-1 biex telgħu fil-ħames post tal-klassifika. Kien Nicolas Jackson (18) li fetaħ l-iskor għall-Blues iżda l-Magpies kisbu d-draw minn Alexander Isak (32). Madankollu, il-Pensioners kisbu r-rebħa permezz ta’ Cole Palmer (47) li fil-bidu tal-logħba kellu goal imħassar minħabba pożiz­zjoni millimetrika ta’ offside.

C. Palace v Tottenham – Crystal Palace rreġistraw l-ewwel rebħa meta għelbu lil Tottenham Hotspur bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal importanti jasal minn Jean-Philippe Mateta (31).

West Ham v Man Utd – Manchester United marru għand West Ham u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-1 biex qed tkompli tikber il-pressjoni fuq il-manager, Erik ten Hag, li jitkeċċa. Il-goals tal-Hammers waslu minn Crysencio Summerville (74) u minn penalty kontroversjali skorjat minn Jarrod Bowen (92) filwaqt li Casemiro (81) skorja għall-United.

Ekonomija

Sport