Raheem Sterling skorja doppjetta biex għen lil Chelsea jiksbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Luton bl-iskor ta’ 3-0.
Il-player ta’ 28 sena, li beda l-kampanja f’forma eċċellenti, qal li jrid ikun l-aqwa skorer tal-club f’dan l-istaġun.
Huwa fetaħ l-iskor fis-17-il minuta meta qabeż tliet avversarji qabel xeħet fix-xibka.
Il-winger tal-Ingilterra mbagħad irdoppja l-vantaġġ ta’ Chelsea fis-67 minuta meta skorja mill-viċin minn cross ta’ Malo Gusto.
Sterling reġa’ kien involut fit-tielet goal meta għadda l-pass lejn Nicolas Jackson li minnu skorja l-ewwel goal tiegħu għall-club.
Luton, li għadhom qed ifittxu l-ewwel punti tal-istaġun mindu ġew promossi miċ-Championshiop ħolqu problemi lil Chelsea matul il-logħba iżda l-kwalità tal-Blues rathom jieħdu t-tliet punti.