Friday, October 11, 2024

Premier League: Draw bejn Leicester u Everton

Aqra wkoll

Leicester City u Everton kellhom jikkuntentaw bi draw ta’ 2-2 li ftit sewa liż-żewġ timijiet f’logħba kaotika li ħalliethom f’periklu serju tar-relegazzjoni mill-Premier League għaċ-Championship.

Iż-żewġ naħat bdew il-logħba fl-aħħar tlieta tal-klassifika, iżda l-punt kien biżżejjed biex jaqla’ lil Leicester minnhom bid-differenza tal-goals waqt li Everton baqgħu d-19, punt wara Leeds United li jinsabu fis-17-il post.

Kien Dominic Calvert-Lewin (15) li fetaħ l-iskor minn penalty għal Everton iżda l-Foxes dawru l-iskor b’goals minn Caglar Soyuncu (22) u Jamie Vardy (33). Fil-45+9 minuta James Maddison kellu penalty salvat minn Jordan Pickford bil-goal tad-draw għat-Toffeemen jiġi skorjat minn Alex Iwobi (54).

Sport