Sunday, August 31, 2025

Premier League: Draw ġust bejn Hamrun Spartans u Valletta

Aqra wkoll

Hamrun Spartans …1

Valletta ……………..1

Minn Cristian Muscat

Wara l-ewforija mis­t­ħoq­qa wara l-kwa­li­fikaz­zjoni storika għall-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Con­ference League, iċ- champions Hamrun Spartans sfaw miżmuma fi draw ġust ta’ 1-1 minn Valletta, biż-żewġ goals jaslu proprju fl-ewwel taqsima.

B’hekk wara d-draw bl-istess skor ta’ 1-1 kontra Tarxien Rainbows, fl-ewwel ġurnata, dan kien it-tieni draw konsekuttiv għal Hamrun, kif kien ukoll għal Valletta li fl-ewwel ġurnata temmew il-konfront tagħhom kontra Birkirkara fi draw ieħor, din id-darba ta’ mingħajr goals.

Hamrun kellhom jgħaddu mingħajr is-servizzi ta’ Ognjen Bjelicic li kien qed jiskonta t-tieni sopsenjoni tiegħu minn tnejn, filwaqt li Valletta kellhom lil Emmanuel Mbende Moise sospiż izda rritorna għalihom il-player Peter Ohaka minn sospensjoni.

Kienu Valletta li ħolqu l-ewwel periklu fis-seba’ minuta meta Yuri De Jesus Messias ittanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza li ġie devjat f’corner minn Vincenzo Polito.

Fit-12-il minuta, il-Beltin fetħu l-iskor meta minn az­zjoni ta’ free-kick, Brandon Paiber mess ftit il-ballun qabel YURI DE JESUS MESSIAS venvnen xutt b’saħħtu li ntemm fis-saqaf tax-xibka.

L-Ispartans wettqu reaz­zjoni u żewġ minuti wara resqu viċin meta Merlin Hadzi kellu d-daqqa ta’ ras salvata f’corner minn Steve Borg minn fuq il-linja fatali.

Fit-35 minuta, il-Ħamru­niżi kisbu d-draw meta l-is­tess MERLIN HADZI approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża Beltija, u permezz ta’ xutt fil-baxx mill-viċin tefa’ ġewwa.

Hamrun komplew jippressaw u fit-42 minuta, Joseph Mbong kellu xutt fil-baxx mid-distanza salvat mill-goalkeeper ta’ Valletta, Adilson Aguero Dos Santos.

Kien biss fl-64 minuta li waslet l-azzjoni denja ta’ nota sussegwenti b’Hamrun  ikunu huma li joħolqu l-periklu meta x-xutt ta’ Ante Coric għadda ftit gholi.

Żewġ minuti biss wara, xutt b’saħħtu ta’ Shaisen Attard ġie salvat bi bravura minn Dos Santos.

Valletta wieġbu fil-65 mi­nuta meta xutt b’saħħtu ta’ Jackson Mendoza ġie nnewtralizzat minn Bonello.  Fit-73 minuta, Jefferson De Assis xeħet cross insidjuż għan-nofs, iżda ħadd mill-players sħabu ma rnexxielu jagħmel kuntatt mal-ballun.

Ftit sekondi wara, kienu Hamrun li heddew meta meta xutt fil-baxx mid-distanza taż-żagħżugħ ta’ 21 sena, Daniel Letherby, ġie salvat bi tbatija f’żewġ tentattivi minn Dos Santos.

Hamrun S.: 1-Henry Bonello, 2-Rafael Compri, 6-Daniel Letherby, 8-Matias Nicolas Garcia, 10-Joseph Essien Mbong (9-Saliou Thioune 46), 13-Vincenzo Polito, 24-Ante Coric, 77-Merin Hadzi (19-N’Dri Koffi 62), 91-Emerson Marcelina (5-Sven Xerri 46), 94-Ryan Camenuzli, 99-Stijn Meijer (7-Shaisen Attard 62)   – Coach: Giacomo Modica

valletta: 90-Adilson Aguero Dos Santos, 4-Steve Borg, 10-Brandon Paiber, 20-Yannick Yankam (11-Jake Azzopardi 70), 28-Keith Brewer Jr, 44-Neil Anthony Micallef, 50-Yuri De Jesus Messias, 55-Sava Radic, 77-Thaylor Aldama, 94-Jefferson De Assis, 96-Jackson Mendoza – Coach: Thane Micallef

referee: Matthew Degabriele

ASS. refereeS: Mark Ciantar, Vasil Vasilev

RABA’ UFF: Emanuel Grech

SKORERS: Y. De Jesus Messias 12 (V), M. Hadzi 35 (HS)

AMMONITI: S. Xerri (HS)

PLAYER TAL-LOGĦBA:  Thaylor Aldama (Valletta)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport