Tuesday, February 17, 2026

Premier League: Floriana v Marsaxlokk tisraq ix-xena

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Bejn illum u għada tintlagħab is-seba’ ġurnata tal-Closing Round bl-aktar partita interessanti hija dik bejn l-ewwel żewġ timijiet Floriana u Marsaxlokk.

Peró wieħed irid iżid li din il-konġestjoni ta’ fixtures qed ixxekkel il-pjani tal-coaches kif ukoll qed tirrenja l-għejja kemm fiżika kif ukoll mentali fuq il-players bil-konsegwenza li mhumiex juru l-massimu tagħhom u jkunu wkoll suxxettibbli għal injuries. 

Fil-jiem li għaddew il- coaches urew ix-xettiċiżmu tagħhom fejn ikkritikaw il-mod kif qed jintlagħbu dawn il-partiti fi spazju qasir ħafna.

Intant, konfront ieħor interessanti huwa dak bejn Hibernians u Hamrun Spartans filwaqt li Birkirkara jaffrontaw lil Sliema Wanderers.

Valletta għandhom partita mill-aktar delikata meta jiltqgħu kontra Zabbar St Patrick.

Iż-żewġ partiti l-oħra jikkonċentraw tliet timijiet fin-naħa t’isfel tal-klassifika. Dawn huma Naxxar    Lions, li jilagħbu kontra Gzira United, u Mosta kontra Tarxien Rainbows.

Floriana v Marsaxlokk – Dan il-konfront jiżboq kull partita oħra fejn il-leaders Floriana u Marsaxlokk ġej­jin minn rebħa – Floriana fuq Tarxien Rainbow   (2-0) u Marsaxlokk fuq Hiber­nians (2-0).

Din il-logħba mistennija tkun waħda bilanċjata u  hija mif­tuħa għal kull riżultat fejn l-inqas żball jista’ jkun determinanti.

Iż-żewġ timijiet għandhom player sospiż – Zachary Scerri għal Floriana u Enrico Pepe għal Mar­sa­xlokk.

Fiż-żewġ konfronti pre­ċedenti, Floriana spiċċaww rebbieħa bl-iskor identiku ta’ 2-1.

Hibernians v Hamrun S. – Din il-partita hija ripetizzjoni tal-finali tas-Super Cup ta’ ftit tal-jiem ilu li ntrebħet minn Hibernians, li iżda, ġejjin minn telfa kontra Marsaxlokk.

Min-naħa ta’ Hamrun Spartans, ġejjin minn draw ta’ 0-0 kontra Zabbar St Patrick minkejja li lagħbu għall-aħħar nofs siegħa bi player aktar.

L-ebda team ma jaffordja jitlef minħabba li jistgħu jaqtgħu l-kuntatt ma’ ta’ fuq għalkemm l-Ispartans diġá għandhom isimhom fil-finali deċiżiva tal-ista­ġun.

Hamrun ma jistgħux jinkludu lis-sospiż Matias Nicolas Garcia iżda jirritorna Ryan Camenzuli minn sospensjon waqt li Duane Bonnici jirritorna għall- Pawlisti.

Fil-konfront tal-ewwel fażi, il-Ħamruniżi ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0.

Birkirkara v Sliema W. – Din hija partita bejn żewġ timijiet li ġejjin minn draw – Birkirkara kontra Mosta (0-0) u Sliema Wanderers kontra Naxxar Lions (1-1).

Iż-żewġ partiti preċedenti spiċċaw fi draw ta’ 2-2 u rebħa ta’ 2-1 għall-Wanderers.

Zabbar SP v Valletta – Valletta għandhom partita delikata kontra Zabbar St Patrick li huma mmexxija mill-eks player u coach tagħhom, Gilbert Agius, u bħal donnhom saru team trasformat taħt it-tmexxija tiegħu hekk kif fid-debutt tiegħu żammew lil Hamrun Spartans (0-0) bi player inqas għal 30 minuta.

Għal Valletta jirritornaw Thaylor Aldama u Diogo Tavares wara li dan serva sospensjoni ta’ sitt partiti.

Min-naħa l-oħra, Zabbar għandhom lill-goalkeeper, Manuel Issufe Djalo, sospiż.

Fl-ewwel fażi, iż-Żabbarin rebħu 2-0.

Mosta v Tarxien R. – Din hija partita bejn żewġ timijiet, konġunti ma’ Zabbar SP, li jinsabu fl-aħħar post tal-klassifika b’punt wie­ħed biss u għaldaqstant reb­ħa hija imperattiva.

Iż-żewġ logħbiet fl-ew­wel fażi, spiċċaw fi draw ta’ 2-2 u rebħa ta’ 1-0 għal    Mosta.

Naxxar L. v Gzira U. – Gzira United, li fl-aħħar  tliet partiti kisbu biss punt bil-konsegwenza li ċedew l-ewwel post, jaffrontaw lil Naxxar Lions li għandhom bżonn il-punti.

Fiż-żewġ partiti preċe­denti, il-Ġżirjani ħarġu rebbieħa bl-iskors ta’  2-1 u 3-1.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport