Sunday, November 10, 2024

Premier League: Hamrun S. sorpriżi minn Mosta

Aqra wkoll

Mosta ……..…1

Hmarun S. ….0

Mosta ħasdu lil Hamrun Spartans meta għelbuhom bl-iskor minimu ta’ 1-0 b’goal lejn it-tmiem, biex filwaqt li huma rreġistraw l-ewwel rebħa tal-istaġun, taw l-ewwel telfa liċ-champions.

Bla dubju, din it-telfa kienet skoss qawwi għall-Ispartans fit-tentattiv tagħhom li jkomplu jiddefendu t-titlu.

Kienu Hamrun li ħolqu l-ewwel attakk wara biss tliet minuti meta meta l-konklużjoni ta’ Joseph Mbong ġiet salvata mingħajr wisq problemi mill-goalkeeper David Udoh Akpan.

Mosta wieġbu mal-kwarta logħob meta f’kontrattakk, il-cross ta’ Zachary Brincat ġie devjat f’corner minn Wendel Barros.

Fit-36 minuta, l-Ispartans reġgħu heddew meta Elio­nay Freitas Da Silva għadda tajjeb lejn Luke Montebello, bil-konklużjoni tiegħu ġġie­għel lill-goalkeeper Mos­ti jwettaq save tajjeb.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u kellhom ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor  eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima meta Larsson Coulibaly ikkommetta foul fuq Juan Carlos Corbolan fil-kaxxa, bir-referee Fyodor Zammit jordna penalty.

Iżda mill-11-il metru, Montebello ra x-xutt tiegħu jistampa mal-mimduda biex dan kien it-tieni penalty fallut tal-istaġun.

Bil-logħob ikun l-aktar konċentrat f’nofs il-ground, l-azzjoni sussegwenti waslet biss fit-68 minuta b’Mosta jkunu huma li joħolqu l-periklu meta x-xutt ta’ Gian­carlo Concalves falla l-mira.

Hamrun wieġbu fis-77 minuta meta xutt tas-sostitut Shaisen Attard għadda għoli.

Fit-80 minuta, Hamrun qalgħu daqqa ta’ ħarta meta tkeċċa Ryan Camenzuli hekk kif deher jgħaddi xi kummenti mhux xierqa.

Il-partita dehret destinata għal draw ta’ mingħajr goals iżda minuta mit-tmiem,  Mos­ta skorjaw il-goal tar-reb­ħa meta s-sostitut SUNDAY OKEREKE irnex­xielu jisraq l-ballun lid-difiża Ħam­runiża u bir-ras tefa’ l-ballun fix-xibka.

Mosta: 22-David Udoh Akpan, 4-Prince Afryie, 6-Larsson Coulibaly (5-Sasha Cachia 92), 9-Souleymane Kone (21-Nathan Agius 72), 10-Giancarlo Goncalves (30-Sunday Okereke 72), 13-Clayton Failla, 23-Joshua Agyemang, 31-Joao Victor Teixeira, 74-Jake Vassallo, 77-Zachary Brincat (7-Richard da Silva Souza 72) (26-Matheus Pires 92), 96-Leonardo Da Silva   – Coach: Joe Grech

Hamrun S.: 1-Henry Bonello, 5-Sven Xerri, 7-Luke Monetbello, 9-Chris Marlon Ondang (3-Matthias Ellul 81), 10-Joseph Essien Mbong, 12-Roko Prsa, 14-Elionay Freitas Da Silva (77-Shaisen Attard 62), 17-Wendel Barros Da Silva (19-Victor Leite Da Silva 62), 28-Juan Carlos Corbalan (25-Ederson Bruno Domingos 46), 33-Mayron, 94-Ryan Camenzuli   – Coach: Alessandro Zinnari

REFEREE: Fyodor Zammit

ASS. REFEREES: Duncan Spencer, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Glen Tonna

SKORER: S. Okereke 89 (M)

AMMONITI: C. Failla, J. De Souza Teixiera (M), L. Montebello, J. E. Mbong, E. Freitas Da Silva, E. B. Domingos (HS)

TKEĊĊA: R. Camenzuli 80 (H)

Sport