Minn Cristian Muscat
FLORIANA ………………….0
HAMRUN SPARTANS ……2
Harmun Spartans għelbu lil Floriana 2-0 biex għadhom biċ-ċans li jirbħu l-Opening Round u jibbukkjaw posthom fil-grand finali tal-Malta Premier League.
Draw għal Floriana kien ikun biżżejjed biex jikkwalifikaw għall-finali u issa jridu bilfors jirbħu kontra r-rivali eterni, Valleta.
Il-Greens kellhom nieqes lil Iago Perreira Mendonca minħabba li kien sospiż filwaqt li Charles M’Mombwa kien fuq il-bank tas-sostituti wara l-impenji tiegħu mat-Tanżanija, fit-Tazza tan- Nazzonijiet Afrikani.
Kienu Hamrun li ħolqu l-ewwel periklu mal-kwarta logħob meta Joseph Mbong venven xutt minn barra l-kaxxa li ġie mdawwar f’corner mill-goalkeeper, Guilherme Cioletti.
Floriana wieġbu tliet minuti biss wara meta minn azzjoni ta’ corner, żewġ xuttijiet fi ftit sekondi minn Zachary Scerri u Mattia Veselji rispettivament ġew salvati mill-goalkeeper, Henry Bonello, b’tal-ewwel megħjun mill-wieqfa.
Hamrun reġgħu ħolqu l-periklu fis-37 minuta meta N’Dri Koffi qabeż lil Cioletti qabel kellu x-xutt fil-baxx tiegħu minn pożizzjoni angolata jaħbat ma’ sieq il-wieqfa, iżda r-referee Slobodan Petrovic fuq senjalazzjoni tal-assistant referee, Duncan Spencer, saffar għal offside.
Fl-44 minuta Floriana appellaw għall-penalty meta Vinceno Polito deher li allegatament mess il-ballun b’idu fil-kaxxa, bir-referee Slobodan Petrovic fuq talba tal-coach, tal-Greens Daniel Portela, jikkonsulta l-FVS iżda ma ordna l-ebda penalty.
Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, id-difensur ta’ Hamrun, Polito kkommetta żball kolossali fid-difiza, li minnu approfitta Mustapha Jah li kellu x-xutt mill-viċin salvat parzjalment minn Bonello, biex mir-rebound Federico Varela għamel l-impossibbli u falla l-mira.
Fl-54 minuta, il-Furjaniżi kienu għoddhom fetħu l-iskor iżda wara li Bonello salva parzjalment fuq Mustapha Jah, Ryan Camezuli salva minn fuq il-linja fatali.
Madankollu, fil-75 minuta kienu Hamrun li marru fil-vantaġġ meta meta Matias Nicolas Garcia għadda tajjeb lejn Jonny li mill-viċin ma ħafirx.
U fil-81 minuta, huma ssiġillaw ir-rebħa mis-sostitut Jovan Cadenovic li mill-viċin tefa’ l-ballun fix-xibka.
Floriana: Guilherme Cioletti, Lucas Emmanuel Lopez (Charles M’Mombwa 74), Jake Grech, Federico Varela, Zachary Scerri, Dunstan Vella (Rui Areias 80), Arustde Kouya, Owen Spiteri, Mustapha Jah, Julian Gonzalo Gamarra, Mattia Veseslji – Coach: Daniel Portela
Hamrun S: Henry Bonello, Rafael Compri, Shaisen Attard (Jonny 62), Matias Nicolas Garcia, Joseph Essien Mbong (Scott Camilleri 93), Vincenzo Polito (Sven Xerri 93), N’Dri Koffi (Jivan Cadjenovic 80), Ederson Bruno Domingos, Ognjen Bjeliic, Emerson Marcelina, Ryan Camenzuli – Coach: Giacomo Modica
Referee: Slobodan Petrovic
assistenti: James Muscat, Duncan Spencer
Raba’ Uff.: Ezekiel Barbara
Skorers: Jonny 75, J. Cadjenovic 81 (HS)
Ammoniti: E. B. Domingos, V Polito (HS), J. Grech (F)
Player tal-Logħba: Henry Bonello (HS)
VALLETTA ……………2
BIRKIRKARA ……….0
Valletta għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 2-0, biex dawn tal-aħħar sofrew il-ħames telfa konsekuttiva fit-Top Six u baqgħu ankrati fil-aħħar post ta’ din il-kategorija.
B’din ir-rebħa, il-Lilywhites telgħu waħdehom fit-tielet post tal-klassifika.
Kien Yuri De Jesus Messias (14) li fetaħ l-iskor għall-Beltin minn penalty biex tella’ t-total ta’ goals personali għal tmienja.
Fit-43 minuta, huma rduppjaw permezz ta’ Yannick Yankam.
Fis-65 minuta, il-Karkariżi ħadu daqqa oħra meta tkeċċielhom Ignacio Morello Manuel għal karta ħamra diretta.
Valletta: Adilson Aguero Dos Santos, Steve Borg (Mattias Ellul 89), Andrea Zammit (Andrei Ciolacu 82), Brandon Diego Paiber (Jackson Usuga Mendoza 85), Jake Azzopardi, Yannick Yankam (Thomas Melillo 89), Shaft Brewer Jr, Moise Emmanuel Mbende, Neil Anthony Micallef, Yuri De Jesus Messias, Thaylor Aldama – Coach: Thane Micallef
Birkirkara: Miguel Angel Martinez (Matthew Grech 26), Francisco Lopez Garrone, Manuel Ignacio Morello, Kemar Reid, Shaun Dimech, Jan Busuttil (Kaiden Fenech 73), Marcos Damian Maydana, Nathan Cross, Geoffrey Acheampong, Donovan Stephane Makoma, Lucas Ribeiro De Oliveira – Coach: Gianluca Festa
Referee: Philip Farrugia
assistenti: Jurgen Spiteri, Kurt Saliba
Raba’ Uff.: Fyodor Zammit
Skorers: Y. De Jesus Messias 14 pen, Y. Yankam 43 (V)
Ammoniti: Y. De Jesus Messias, S. Borg, J. Azzopardi (V); S. Dimec, K. Reid (B)
Tkeċċa: M. Morello 65 (B)
Player tal-Logħba: Yuri De Jesus Messias (Valletta)




