HIBERNIANS………………1
TARXIEN RAINBOWS……1
Hibernians naqsu li jitilgħu fl-ewwel post meta spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra Tarxien Rainbows li kisbu l-ewwel punt.
Mas-suffara inizjali, Hibernians ħarġu fuq l-offensiva biex ifittxu goal kmieni.
Peró, l-ewwel ċans denju waqa’ għand ir-Rainbows hekk kif Angel Valverde Ledezma ra lill-goalkeeper, Constantin Laurentiu- Branescu jwettaq save kbir biex ċaħħad lit-Tarxiniżi milli jiftħu l-iskor.
Madankollu, kienu l-Pawlisti li fetħu l-iskor, fis-16-il minuta, meta d-difiża tar-Rainbows ikklerjat qasir biex il-ballun waqa’ għand Alfred Silas li kompla lejn MATTHEW DEBATTISTA li b’xutt mill-ewwel għeleb għal kollox lill-goalkeeper Andreas Cassar.
Fl-34 minuta, Laurentiu-Branescu wettaq save kbir meta Hibernians inqabdu fuq sieq ħażina hekk kif Valverde Ledezma ħarab waħdu minn kaxxa sa kaxxa u hekk kif ipprova jillobja l-ballun, il-goalkeeper Rumen tal-Pawlisti salva parzjalment u mill-azzjoni li segwit, Anthony Abidemi Lokosa xeħet barra minn pożizzjoni ideali.
Fit-42 minuta, Laurentiu- Branescu reġa’ kien deċiżiv fuq Valverde biex evita goal ċert għal Hibernians.
Fit-tieni taqsima, ir-ritmu naqas minħabba x-xita li bdiet nieżla iżda, fit-63 minuta, Hibernians fallew ċans tad-deheb li jirduppjaw meta minn azzjoni ta’ free-kick, Sunday Akinbule, ixxuttja ċentrali biex Cassar laqa’ parzjalment u mir-rebound, Kurt Shaw, li kien qed jirritorna wara l-avventura tiegħu ma’ Sorrento, minn taħt il-lasti ma laqatx il-ballun.
Fis-76 minuta, Tarxien kisbu d-draw meta mill-free-kick ta’ Claudio Barbosa, Bjorn Kristensen xeħet fix-xibka tiegħu stess.
Hibernians: Constantin Laurentiu Branescu, Cain Attard (Liam Buhagiar 81), Alfred Hamanjoda Silas, Lucas Caruana, Matthew Debattista, Bjorn Kristensen, Duane Bonnici (Denys Norenkov 63), Matthew Ellul (Kurt Shaw 62), Pedro Henrique Nunes Silva (Ali Diakite 46), Sunday Akinbule (Dexter Xuereb 77), Charleston Silva Dos Santos – Coach: Branko Nisevic
Tarxien R.: Andrea Cassar, Abdelrahman Gaafar Ali Alhagi, Angel Jesus Valverde Ledezma (Erico Francisco De Oliveira Junior 59), Anthony Abidemi Lokosa, Claudio Henrique Da Silva Barbosa, Nhayson Huanne Da Silva Rosa, Yilson Alejandro Mosquera Bedoya (Marko Musulin 66), Petar Panic, Patrick Schmidt, Andreas Vella (Sheldon Mizzi 66), Marcus Grima – Coach: Jacques Scerri
Referee: Fyodor Zammit
assistenti: David Castillo, Robert Curtis
Raba’ Uff.: Slobodan Petrovic
Skorers: M. Debattista 16 (H); B. Kristensen 76 og (TR)
Ammoniti: D. Bonnici, B. Kristensen, D. Norenkov, D. Xuereb, A. Diakite (H); A. Vella (TR)
Player tal-Logħba: Matthew Debattista (Hibernians)
HAMRUN SPARTANS…..4
NAXXAR LIONS………….0
Hamrun Spartans sabuha ferm faċli biex għelbu lil Naxxar Lions bl-iskor ta’ 4-0 li kien mistenni ħafna aktar minnhom meta wieħed iqis kif kienu trasformati taħt il-gwida tal-coach il-ġdid, Winston Muscat.
B’din ir-rebħa, l-Ispartans telgħu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika iżda llum jistgħu jinqabżu hekk kif Gzira United u Floriana, li jinsabu punt tagħhom b’partita inqas, se jaffrontaw lil xulxin.
Il-goals tal-Ispartans waslu minn żewġ doppjetti ta’ JOSEPH MBONG (25, 41) u DAMI CETER VALENCIA (56, 69).
Hamrun S. Henry Bonello, Rafael Petrilio Compri, Matthew Guillaumier, Shaisen Attard, Matias Nicolas Garcia (Ederson Bruno Domingos 75), Joseph Mbong (Michele Carboni 75), Vincenzo Polito (Sven Xerri 75), Jonny Torres (Damir Ceter Valencia 46), Danilo Bulevardi, Emerson Marcelina, Ryan Camenzuli (Ivan Inzoudine 75) – Coach: Giacomo Modica
Naxxar L.: Matthias Debono, Joao Pedro De Souza Iseppe (Sekala Amiel Guehi 67), Theo Seara Kruger, Gustavo Felipe De Campos Goncalves (Yeangel Emilio Montero Manzano 79), Mark Fenech (Neil Pace Cocks 67), Louis M’Vemba Pahama Ndualu, Daniel Letherby (Mattias Micallef 84), Rosiel Pereira Da Silva, Gabriel Costa Goncalves, Vinicius Ferreira De Jesus, Joao Vitor Moura Cardoso – Coach: Winston Muscat
Referee: Philip Farrugia
assistenti: Jurgen Spiteri, Jareth Grima
Raba’ Uff.: Emanuel Grech
Skorers: J. Mbong 25, 41, D. Valencia 56, 69 (HS)
Ammoniti: R. Camenzuli (HS); L. Pahama Ndualu, G. Goncalves (NL)
ZABBAR ST PATRICK…..1
MARSAXLOKK…………….2
Marsaxlokk irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Zabbar St Patrick bl-iskor ta’ 2-1 bil-goals kollha jaslu fl-ewwel taqsima.
JORGE AILTON SOARES (2) u JOSEPH MINALA (39) skorjaw għal Marsaxlokk filwaqt li l-Korean YOUNGWON IM wieġeb għaż-Żabbarin.
Zabbar SP: Manuel Issufe Djalo, Pedro Santiago Cejas, Brian Ariel Gambarte (Liam Micallef 65), Youngwon Im (Bruno Miguel Gomes Figueiredo 46), Jake Micallef (Izaak Akpan 91), Ayom Majok Ayom (Nicholas James Agius 46), Strahinja Jovancic, Zean Leonardi, Ryan Scicluna (Timothy Eviparker 79), Kean Scicluna, Jurgen Pisani – Coach: Aniello Parisi
Marsaxlokk: Matthew Calleja Cremona, Weder Soares Da Silva, Enrico Pepe, Nikolai Muscat, Rasmus Dupont Linden (James Vella 83), Juan Carlos Corbalan, Jose Ulises Arias (Triston Caruana 74), Jorge Ailton Soares, James Joseph Kirby (Domantas Simkus 52), Joseph Minala, Leandro Damian Aguirre – Coach: Vincenzo Potenza
Referee: Joseph Scerri
assistenti: Duncan Spencer, Vasil Vasilev
Raba’ Uff.: Ezekiel Barbara
Skorers: J. Ailton Soares 2, J. Minala 39 (M); Y. Im 44 (ZSP)
Ammoniti: J. Minala (M); E. Akpan, M. Figueiredo (ZSP)

