Sunday, December 29, 2024

Premier League: Il-leaders Manchester City jiftħu vantaġġ ta’ erba’ punti

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Manchester City kabbru l-vantaġġ f’ras il-klassifika għal erba’ punti u għamlu pass kbir lejn ir-rebħ tat-tit­lu għat-tielet darba konsekuttiva meta laqgħu lil Leeds United u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1. 

Min-naħa l-oħra, Leeds kie­nu mmexxija mill-coach, Sam Allardyce, wara t-tkeċċija ta’ Javi Gracia. Allardyce nħatar għal dawn l-erba’ partiti bit-tama li jsal­vahom mir-relegazzjoni.  

L-eroj tas-Citizens kien, Ilkay Gundogan (19, 27) li skorja doppjetta minn żewġ azzjonijiet identiċi. 

Iżda fl-84 minuta, huwa falla penalty meta laqat il-wieqfa mill-11-il metru biex ma rnexxielux jirreġistra hat-trick. 

Ta’ dan in-nuqqas is-City pattew qares minħabba li Rodrigo (85) naqqas il-marġni għal Leeds biex kellhom tmiem nervuż.

Bournemouth v Chelsea– Chelsea rreġistraw l-ew­wel rebħa taħt il-coach temporanju, Frank Lam marru għand Bournemouth u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1.  

Kien Conor Gallagher (9) li fetaħ l-iskor għal Pensioners minn daqqa ta’ ras iżda Matias Vina (21) kiseb id-draw għaċ-Cherries.

Madankollu, il-Pensioners skorjaw darbtejn oħra lejn it-tmiem minn Benoit Badiashile (82) u Joao Felix (86).  

Tottenham v C. Palace – Tottenham Hotspur għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal jasal minn Harry Kane (45) biex qabeż Wayne Rooney  fit-tieni post tal-lista tal-aqwa skorers tal- Premier League, b’209 goals. 

Fl-ewwel post jinsab Alan Shearer b’260 goal.  

Wolves v Aston Villa – Wolves huma prattikament salvi meta ospitaw lil Aston Villa u għelbuhom bl-iskor ta’ 1-0, bl-iskorer ikun Toti (9). 

Ekonomija

Sport