Thursday, December 11, 2025

Premier League: Illum Valletta u Sliema W. jerġgħu jiltaqgħu fi spazju ta’ sitt ijiem

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Meta mil-lum sa nhar il-Ħadd li ġej tintlagħab it-13-il ġurnata, l- aktar partita mistennija hija dik bejn Valletta u Sliema Wanderers li se jerġgħu jiltaqgħu wara biss sitt ijiem hekk kif nhar it-Tnejn li għadda lagħbu fil-finali tal-Malta FA Jubilee Cup mirbuħa minn Valletta. 

Partita oħra interessanti hija dik bejn il-leaders Floriana u Birkirkara li jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika tat-Top Six. 

Fil-Bottom Six jispikkaw il-partiti bejn it-timijiet ta’ fuq u dawk t’isfel hekk kif Hibernians jiffaċċjaw lil Tarxien Rainbows filwaqt li Gzira United jiltaqgħu kontra Naxxar Lions. 

Valletta v Sliema W.– Friski mis-suċċess tal-Malta FA Jubilee Cup, Valletta jergħu jaffrontaw lil Sliema Wanderers fi spazju ta’ tlett ijiem bil-Beltin joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1. 

U ladarba qed insemmu l-iskor, Valletta għamlu hat-trick ta’ rebħ ta’ unuri tat-tazzi tal-anniversarji li jinkludu s-Centenary Cup (2000) u t-Tazza tal-100 Anniversarju tal-Kampjonat (2010) li fihom għelbu darb­tejn lil Floriana bl-iskor identiku ta’ 3-1 … u barra minn hekk fit-tliet okkażjonijiet il-Beltin lagħbu b’kit kollu aħmar.  

Intant, din tista’ tkun partita different mill-finali minħabba li issa t-timijiet jistgħu jilagħbu tmien players barranin fl-istess waqt u mhux ħamsa kif kienu stipulati ir-regolamenti tal-Jubilee Cup.

Il-Wanderers se jissaħħu bir-ritorn ta’ Miguel Baggio Cover minn sospensjoni u għaldaqstant iż-żewġ timijiet mistennija jinżlu bl-aħjar formazzjoni possibbli. 

Fl-ewwel round iż-żewġ timijiet temmew 1-1. 

Floriana v Birkirkara – Il-leaders Floriana jaffrontaw lil Birkirkara li propab­bilment qed jużaw dawn il-partiti bħala preludju għall-Closing Round min­ħabba li m’għandhomx ċans li jisfidaw għall-ew­wel żewġ postijiet. 

Iżda huma għandhom lit-tliet players, Miguel Angel Martinez, Shaun Dimech u Donovan Stephane Makoma, sospiżi iżda Kurt Zammit jirritorna minn sospensjoni. 

Floriana ma jistgħux jagħmlu użu mis-sospiż Charles M’Mombwa. 

Fl-ewwel round Floriana kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0. 

Hamrun S. v Marsaxlokk – Hamrun Spartans jilagħbu kontra Marsaxlokk … tlett ijiem wara li jkunu lagħbu fil-Conferen­ce Lea­gue meta proprju llum jospitaw lil Shakhtar Donetsk tal-Ukrajna. 

 Għaldaqstant, ix-Xlukkajri jistgħu japprofittaw ‘mill-għejja’ tal-Ispartans biex jiksbu l-ewwel rebħa mill-24 ta’ Novembru tas- sena li għaddiet, bl-iskor ta’ 3-2. 

Barra minn hekk, l-Ispartans għandhom tliet players sospiżi – Ederson, Bruno Domingos, Vincenzo Polito u Mouad El Fanis. 

Fl-ewwel round huma għelbu lil Marsaxlokk 2-0.

Mosta v Zabbar SP – Dan huwa konfront bejn żewġ timijiet li jinsabu f’nofs il-klassifika tal-Bottox Six bi 11-il punt kull wieħed u għaldaqstant huwa wieħed dirett. 

Għal Mosta se jirritor­naw iż-żewġ players, Sunday Chisom Okere u Matthew Bolanos Garcia, minn sospensjoni filwaqt li Zabbar għandhom lil Brian Gambarte sospiż. 

Fl-ewwel round kienu spiċċaw fi draw ta’ 1-1.

Hibernians v Tarxien R. – Dan huwa konfront bejn żewġ ġirien li bħal donnu tilef l-impotanza tiegħu. 

Tarxien Rainbows se jku­nu mingħar is-sospiżi, Rafael Ta­v­ares u Nhay­sonn Da Silva Rosa iżda se jirritorna Kwasi Donsu filwaqt li Hibernians għandhom lil Natha Carvalho.

Fl-ewwel round, Hibernians rebħu bl-iskor ta’ 3-1. 

Gzira U. v Naxxar L.– Gzira United jibdew fa­vori­ti li jieħdu t-tliet punti fejn għalihom jirritornaw Clatyon Failla u David Xuereb minn sospesjoni. 

Fl-ewwel round, il-Maroons rebħu 2-1.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport