Friday, November 15, 2024

Premier League Ingliż: Arsenal iżommu t-tamiet ħajjin

Aqra wkoll

Arsenal taw twissija enfatika li għadhom kandidati serji għar-rebħ tat-titlu hekk kif għelbu lil Chelsea abismali fl-Emirates Stadium bl-iskor ta’ 3-1 biex irritornaw fil-quċċata tal-Premier League għalkemm il-bieraħ filgħaxija Manchester City kienu fl-azzjoni kontra West Ham fl-Etihad Stadium.

Il-Gunners kienu marru erba’ logħbiet mingħajr rebħa u l-ġimgħa l-oħra ġew megħluba 4-1 mis-City, li ħadulhom posthom fil-quċċata b’rebħa 2-1 għand Fulham il-Ħadd li għadda.

Arsenal wieġbu billi pproduċew wirja mill-isbaħ fl-ewwel taqsima, u bnew vantaġġ ta’ 3-0 fi spazju ta’ 34 minuta b’doppjetta tal-captain Martin Odegaard u goal ta’ Gabriel Jesus.

Chelsea, li għalihom din kienet is-sitt telfa konsekuttiva taħt il-manager temporanju, Frank Lampard, kienu grati lill-goalkeeper Kepa Arrizabalaga li l-iskor ma kienx saħansitra aktar imbarazzanti u saħansitra naqqsu d-distakk permezz ta’ Noni Madueke fil-65 minuta.

Ekonomija

Sport