Sunday, October 27, 2024

Premier League Ingliż: Arsenal miżmuma f’darhom minn Brentford

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, il-leaders Arsenal ġew miżmuma f’darhom minn Brentford bl-iskor ta’ 1-1 biex fallew żewġ punti importanti fl-isfida tagħhom għar-rebħ tat-titlu. 

Kien is-sositut Leandro Trossard (66) li fetaħ l-iskor għall-Gunners iżda Ivan Toney (74) għamel l-iskor indaqs għal Brentford wara li fl-ewwel taqsima ġie mċaħħad mill-mimduda. 

West Ham v Chelsea – Chelsea marru għand West Ham u reġgħu ddiżappuntaw meta ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1. 

B’hekk il-pressjoni qed tkompli tikber fuq il-coach, Graham Potter, li jitkeċċa mill-kariga tiegħu. 

Kien Joao Felix (16) li fetaħ l-iskor għall-Pensioners meta pplejsja l-ballun fir-rokna tax-xibka. Iżda 12-il minuta wara, il-Hammers kisbu d-draw mill-eks player ta’ Chelsea, Emerson. 

C. Palace v Brighton – Crystal Palace u Brighton temmew fi draw ta’ 1-1 f’logħba mill-aktar kumbattuta. 

Wara li kellhom goal ta’ Pervis Estupinan, Brighton fetħu l-iskor minn Solly March (63) iżda James Tomkins (69) salva r-riżultat għat-team ospitu. 

Fulham v Nottm F. – Fulham kisbu rebħa mistħoqqa ta’ 2-0 fuq Nottingham Fo­rest b’goal f’kull taqsima. 

Il-Cottagers fetħu l-iskor fl-20 minuta b’xutt preċiż ta’ Willian.

Iżda huma kellhom jis­tennew sat-88 minuta biex aċċertaw mir-rebħa permezz ta’ Manor Solomon. 

Leicester v Tottenham – Leicester City kienu team trasformat biex għelbu lil Tottenham bl-iskor kbir ta’ 4-1 wara li kienu dawn tal-aħħar li fetħu l-iskor minn Rodrigo Bentancur (14) w­ara azzjoni ta’ corner. 

Peró il-Foxes dawru r-riżultat b’erba’ goals mingħajr risposta. 

Nampalys Mendy (23) kisen id-draw b’first-timer filwaqt li James Maddison (25) xeħet lill-Foxes fil-vantaġġ wara li d-difiża ta’ Spurs inqabdet miftuħa beraħ.

Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Leicester żiedu goal ieħor b’xutt imdawwar ta’  Kelechi Iheanacho … biex fil-81 minuta Harvey Barnes issiġilla r-rebħa. 

Southampton v Wolves – Wolves irreġistraw rebħa mill-aktar importanti meta għelbu lil Southampton bl-iskor ta’ 2-1. 

Kienu s-Saints li fetħu l-iskor minn Carlos Alcaraz (25) minn azzjoni ta’ free-kick. 

Imbagħad żewġ minuti wara, Wolves kellhom lill-eks player ta’ Southampton, Mario Lemina, imkeċċi meta ntwera t-tieni karta safra għal foul fuq Jarred Gillett.

Peró, din it-tkeċċija kienet l-injezzjoni morali tagħhom għax dawru r-riżultat favur tagħhom permezz ta’ auto-goal ta’ Jan Bednarek (72) u Joao Gomes (87). 

Sport