Manchester City taw wirja brillanti biex għelbu lil-leaders tal-Premier League Arsenal biex fl-istess waqt taw daqqa psikoloġika u mortali fit-taqtiegħa għar-rebħ tat-titlu.
It-twam ta’ Pep Guardiola, issa żewġ punti taħt Arsenal b’żewġ logħbiet inqas, kien ispirat mill-koppja Erling Haaland u Kevin de Bruyne.
Kien fis-seba’ minuta li Manchester City meta De Bruyne kkonkluda mill-assist ta’ Haaland. Imbagħad eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima huma rduppjaw minn daqqa ta’ ras ta’ John Stones li kien f’pożizzjoni dubjuża ta’ offside.
Iżda fl-54 minuta, is-Citizens aċċertaw ir-rebħa meta Kevin De Bruyne għadda x-xutt tiegħu minn bejn saqajn id-difensur Rob Holding għal ġox-xibka.
Peró, erba’ minuti mit-tmiem, l-istess Holding naqqas il-marġni għal Arsenal, b’xutt fil-baxx min-nofs il-kaxxa.
Iżda ħames minuti tal-ħin miżjud, Haaland issiġilla r-rebħa biex Manchester City għamlu pass kbir lejn ir-rebħ tal-Premier League Ingliż.