Leeds komplew il-bidu tal-istaġun mingħajr telfa hekk kif irreġistraw rebħa kbira ta’ 3-0 fuq Chelsea li sfaw umiljati f’Elland Road.
Chelsea, li nefqu aktar minn £170 mijun fuq plejers matul is-sajf, “ħaffru l-qabar tagħhom stess” fl-ewwel taqsima meta l-goalkeeper Edourd Mendy, irregala lil Leeds bil-goal meta kkontrolla ħażin back pass biex Brendan Aaronsen approfitta u xeħet fix-xibka.
Erba’ minuti wara Rodrigo skorja r-raba’ tiegħu tal-istaġun wara li kkonluda mill-pass ta’ Jack Harrison.
Huma ssiġillaw l-ewwel rebħa tal-Premier League kontra Chelsea mill-2000 meta kien Harrison li xeħet fix-xibka wara li l-cross ta’ Daniel James ġie mxellef minn Rodrigo.
U biex l-affarijiet ikomplu sejrin ħażin għal Chelsea, sitt minuti mit-tmiem tkeċċa Kalidou Koulibaly tkeċċa sitt minuti mit-tmiem meta ntwera t-tieni karta safra.