Manchester telgħu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika tal-Premier League Ingliż meta għelbu lil West Ham bl-iskor ta’ 3-1 grazzi għal hat-trick tan- Norveġiż, Erling Haaland (10, 30, 84).
Huma ddominaw dan il-konfront mill-bidu sal-aħħar minkejja li l-Hammers kisbu d-draw momentarju minn auto-goal ta’ Ruben Dias (19).
Arsenal v Brighton – Arsenal laqgħu lil Brighton u ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1.
Huma fetħu l-iskor minn Kai Havertz (38). Iżda id-49 minuta, il-Gunners spiċċaw jilagħbu b’għaxar players meta tkeċċa Declan Rice għal żewġ karti sofor, bit-tieni waħda tasal wara li tajjar il-ballun meta Joel Veltman kien se jagħti free-kick.
Is-Seagulls approfittaw mis-superjoritá numerika hekk kif kisbu d-draw minn Joao Pedro (58).
Brentford v Southampton – Brentford irreġistraw rebħa komda ta’ 3-1 fuq Southampton li jinsabu fil- qiegħ tal-klassifika flimkien ma’ Crystal Palace (li lagħbu partita inqas) u Everton mingħajr l-ebda punt.
L-iskorers tat-team ospitu kienu Bryan Mbeumo (43, 65) u Yoane Wissa (69). filwaqt li Yukinari Sugawara (94) skorja għas-Saints.
Everton v Bournemouth– Barra minn darhom Bournemouth dawru telfa f’rebħa mill-aktar drammatika meta għelbu lil Everton bl-iskor ta’ 3-2.
Għat-Toffeemen skorjaw Michael Keane (50) u Dominic Calvert-Lewin (57) iżda Antoine Semenyo (87), Lewis Cook (92) u Luis Sinisterra (96) taw ir-rebħa liċ- Cherries.
Ipswich v Fulham – Ipswich laqgħu lil Fulham u temmew fi draw ta’ 1-1. Kien Liam Delap (15) li fetaħ l-iskor għal Ipswich iżda Adama Traore (32) kiseb id-draw għall-Cottagers.
Leicester v Aston Villa – Barra minn darhom Aston Villa għelbu lil Leicester City bl-iskor ta’ 2-1 bil-goals jaslu minn Amadou Onana (28) u Jhon Duran (64) filwaqt li Facundo Buonanotte (73) għall-Foxes.
Nottm F. v Wolves – Fid-derby ta’ ‘Nuno Espirito Santo’ Nottingham Forest u Wolves spiċċaw fi draw ta’ 1-1. Chris Wood (10) fetaħ l-iskor għall-Forest iżda Jean-Ricner Bellegarde (12) kiseb id-draw għal Wolves b’kanunata minn 35 metru bogħod.