Manchester City bdew id-difiża tal-Premier League Ingliż b’rebħa ta’ 2-0 għand West Ham.
Huma taw prestazzjoni denja ta’ champions fejn taw twissija serja li mhux se jċedu x-xettru fit-tenattiv li jirbħu l-ħames titlu fi żmien sitt snin.
Bla dubju, l-eroj tas-Citizens kien l-attakkant Norveġiż, Erling Haaland (36 pen, 65) li proprju fid-debutt tiegħu skorja doppjetta u b’aktar attenzjoni seta’ skorja aktar. Huwa se jkun pedina ferm importanti għat-team ta’ Pep Guardiola.