Friday, November 15, 2024

Premier League Ingliż: Hat-trick minn Haaland … u Liverpool jagħtu disgħa

Aqra wkoll

Manchester City dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta’ 4-2 bl-eroj tagħhom ikun Erling Haaland li skorja tliet goals.

Liverpool kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun permezz ta’ goleada ta’ 9-0 fuq Bournemouth.

Man City v C. Palace – Iċ-champions Manchester City irkupraw żvantaġġ ta’ żewġ goals biex għelbu lil Crystal Palace 4-2.

Auto-goal ta’ John Stones (4) u goal ta’ Joachim Andersen (21) poġġew lill-Palace fil-vantaġġ iżda Bernardo (53) u trippletta ta’ Erling Haaland (62, 70, 81) taw it-tliet punti lis-Citizens.

Liverpool v Bournemouth – F’partita mingħajr l-ebda storja, Liverpool laqgħu lil Bournemouth u għelbuhom bl-iskor ta’ 9-0 bil-goals jaslu minn Luis Diaz (3, 85), Harvey Elliot (6), Trent Alexander-Arnold (28), Roberto Firmino (31, 62), Virgil van Dijk (45), Chris Mepham (46 og) u Fabio Carvalho (80).

Brentford v Everton – Brentford u Everton spiċċaw fi draw ta’ 1-1. Anthony Gordon (24) fetaħ l-iskor għal Everton iżda Vitaly Janelt (84) kiseb id-draw għal Bees.

Brighton v Leeds – Brighton għelbu lil Leeds 1-0 bl-uniku goal jasal minn Pascal Gross (65).

Chelsea v Leicester – Chelsea għelbu lil Leicester bl-iskor ta’ 2-1 bil-protagonista jkun Raheem Sterling (47, 63) li skorja doppjetta filwaqt li Harvey Barnes (66) wieġeb għall-Foxes.

Chelsea kellhom lil Co­nor Callagher (28) imkeċċi.

Ekonomija

Sport