Liverpool telgħu fis-sitt post tal-klassifika grazzi għal rebħa ta’ 3-1 fuq Southampton, bil-goals jaslu minn Roberto Firmino (6) u Darwin Nunez (21, 42) filwaqt li Che Adam kiseb id-draw momentarju għas-Saints.
Bournemouth v Everton – Bournemouth għelbu lil Everton bl-iskor ta’ 3-0 biex xeħtuhom f’aktar inkwiet tar-relegazzjoni.
Il-protagonisti taċ-Cherries kienu Marcus Tavernier (18), Kieffer Moore (25) u Jaidon Anthony (69).
Nottm F. v C. Palace – Nottingham Forest rebħu lil Crystal Palace bl-iskor ta’ 1-0 bl-uniku goal jasal minn Morgan Gibbs-White (54). Wilfred Zaha (41) falla penalty għall-Palace.
Tottenham v Leeds – F’logħba spettakolari, Tottenham għelbu lil Leeds United bl-iskor ta’ 4-3 li kellhom lil Tyler Adams (87) imkeċċi.
Il-goals ta’ Spurs waslu minn Harry Kane (25), Ben Davies (51) u doppjetta ta’ Rodrigo Bentancur (81, 83). Għal Leeds skorjaw Crysencio Summerville (10) u Rodrigo (43, 76).
West Ham v Leicester – Barra minn darhom, Leicester City kisbu rebħa mill- aktar importanti fuq West Ham bl-iskor ta’ 2-0, permezz ta’ James Maddison (8) u Harvey Barnes (78). Youri Tielemans (42) falla penalty għal Leicester.