Saturday, December 21, 2024

Premier League Ingliż: Man City ikomplu jixħtu l-pressjoni fuq il-leaders Arsenal

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Manchester City komplew jixħtu l-pressjoni fuq il-leaders Arsenal meta marru għand Southampton u rebħulhom bl-iskor ta’ 4-1 biex naqqsu d-distakk għal ħames punti fil-konfront tal-Gunners.  

Il-goals tas-Citizens waslu minn doppjetta ta’ Erling Haaland (45, 68), Jack Grea­lish (58) u Julian Alvarez (75 pen) filwaqt li Sekou Mara (72) wieġeb għas-Saints.   

Aston Villa v Nottm F. – Aston Villa ospitaw lil Nottingham Forest u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals jaslu minn Bertrand Traore (48) u Ollie Watkins (95). 

B’din it-telfa, il-Forest baqgħu fiż-żona tar-relegaz­zjni.

Brentford v Newcastle – Newcastle dawru telfa f’reb­ħa biex għelbu lil Brentford bl-iskor ta’ 2-1. 

Kien Ivan Toney li fetaħ l-iskor għal Bees eżatt qabel tmiem il-mistrieħ minn penalty wara li  fit-28 minuta, l-istess Toney falla mill-11-il metru meta ra t-tenattiv tiegħu jiġi salvat mill-goalkeeper Nick Pope. 

Fit-tieni taqsima, il-Magpies kisbu d-draw minn auto-goal ta’ David Raya (53) biex Alexander Isak (61) skorja dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa.  

Fulham v West Ham – Wara sensiela ta’ riżultati ne­gattivi, West Ham marru għand Fulham u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 biex inqalgħu min-naħa t’isfel tal-klassifika minkejja li għadhom fit-taqtiegħa għas- salvazzjoni.  

Leicester City v Bournemouth – F’konfront dirett min-naħa t’isfel tal-klassifika, Bournemouth għelbu lil Leicester biex filwaqt li huma telgħu fil-15-il post, ħallew lill-Foxes fiż-żona tar-relegazzjoni. Il-goal importanti wasal minn Philip Billing (40).

Tottenham v Brigh­ton – Tottenham għelbu lil Brighton bl-iskor ta’ 2-1, f’logħba li fiha tkeċċew iż-żewġ coaches Taljani, Cristian Stellini u Roberto De Zerbi, rispettivament wara argumenti kontinwi fuq it-touchline. 

Il-goals ta’ Spurs waslu minn Son Heung-Min (10) u Harry Kane (79) filwaqt li Lewis Dunk (34) kiseb id-draw momentarju għas-Seagulls. 

Wolves v Chelsea – Wolves għelbu lil Chelsea bl-iskor ta’ 1-0 bl-uniku goal jasal minn Matheus Nunes (31). Bla dubju, dan kien l-isbaħ goal tal-ġurnata meta minn pożizzjoni angolata venven kanunata li spiċċat fir-rokna tas-saqaf tax-xibka tan-naħa l-oħra. 

Bla dubju, f’din it-tieni avventura, il-coach Frank Lampard beda fuq nota negattiva fit-tmexxija temporanja tat-team ta’  Chelsea sa tmiem l-istaġun. 

Ekonomija

Sport