Tuesday, December 24, 2024

Premier League Ingliż: Man City ma jistgħux ifallu

Aqra wkoll

Bejn għada l-Ħadd u nhar it-Tlieta se jintlagħab il-programm ta’ qabel tal-aħħar tal-Premier League Ingliż bil-leaders Manchester City imorru għand West Ham f’logħba li fiha ma jaffordjawx ifallu meta qed igaw­du tliet punti fuq Li­verpool.

Is-City ġejjin minn rebħa kbira 5-1 għand Wolves bl-istilla Belġjan, Kevin De Bruyne jkun f’forma xintillanti meta skorja ‘poker’.

Barra minn hekk, it-team immexxi mill-manager, Pep Guardiola, qed igawdi differenza ta’ seba’ goals fuq Liverpool. 

Draw kontra West Ham u rebħa fuq Aston Villa jkunu biżżejjed biex is-City jibq­għu champions, waqt li l-isfidanti tagħhom, Liverpool, iridu jiltaqgħu kontra Southampton away u kontra Wolves home.

Tottenham żammew iċ- ċansijiet li jispiċċaw ir-raba’ biex jikkompetu fiċ-Champions League meta nhar il-Ħamis għelbu lil Arsenal 3-0 b’goals mill-‘koppja terribbli’, Harry Kane 2 u Son Heung-min, biex issa jinsabu punt wara Arsenal.

Għat-tmiem Tottenham għand­hom l-eħfef programm meta għada jridu jiltaqgħu  kontra Burnley  ho­me u fl-aħħar ġurnata kontra Norwich away waqt li Arsenal għandhom lil Newcastle away nhar it-Tnejn u wara lil Everton home.

Everton se jkunu f’Goo­dison Park kontra Brentford meta għadhom mhux salvi bħal m’huma Leeds United li jilqgħu lil Brighton f’Elland Road.

Fil-logħbiet l-oħra Aston Villa u Crystal Palace m’­għandhomx għalfejn ji­lagħbu b’dawk bejn Watford, diġá relegati, u Leicester City, u Wolves kontra Norwich li diġá huma relegati b’Wolves iridu rebħa biex jippruvaw iżommu t- tmien post li ilhom jokkupaw għal ħafna ġimgħat.

Liverpool se jmorru f’St Mary’s biex jiltaqgħu kontra Southampton f’logħba li anke huma jridu jirbħu.

Ekonomija

Sport