Sunday, December 22, 2024

Premier League Ingliż: Man City miżmuma minn Chelsea

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Manchester City fallew żewġ punti importanti fl-isfida tagħhom għar-rebħ tat-titlu meta ġew miżmuma minn Chelsea fi draw ta’ 2-2.

Kien l-eks player tagħ­hom, Raheem Sterling (42) li fetaħ l-iskor għal Chelsea iżda Rodri (83) salva r-riżultat għat-team immexxi mill-manager Pep Guardiola. 

Brentford v Liverpool – B’bosta players regolari neqsin, Liverpool marru għand Brentford u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-1, bil-goals jaslu minn Darwin Nunez (35), Alexis MacAllister (55), Mohamed Salah (68) u Cody Gakpo (86) filwaqt li Ivan Toney (75) wieġeb għall-Bees.

Peró din ir-rebħa kienet imtappa bl-injuries ta’ Dio­go Jota u Curtis Jones li jistgħu jitilfu l-kumplament tal-istaġun.

Burnley v Arsenal – Barra minn darhom, Arsenal kisbu rebħa kbira meta għelbu lil Burnley bl-iskor ta’ 5-0, bil-protagonisti jkunu Martin Odegaard (4), Bukayo Saka (41 pen, 47), Leandro Trossard (66) u Kai Havertz (78).

Fulham v Aston Villa – Aston Villa rritornaw għar- rebħ meta marru Craven Cottage u għelbu lil Fulham bl-iskor ta 2-1 permezz ta’ doppjetta minn Ollie Watkins (22, 56) filwaqt li Rodrigo Muniz (63) wieġeb għat-team ospitu.

Newcastle v Bournemouth – Newcastle ġew miż­muma minn Bournemouth bl-iskor ta’ 2-2. Dominic Solanke (51) u Antoine Semenyo (69) skorjaw għaċ-Cherries filwaqt li Anthony Gordon (58 pen) u Matt Ritchie (92) irrispondew għall-Magpies.

Nottm F. v West Ham – Nottingham Forest laqgħu lil West Ham u rebħulhom 2-0, b’goals ta’ Taiwo Awoniyi (45) u Callum Hudson-Odoi (91). Il-Hammers kellhom lil Kalvin Phillips (71) imkeċċi.

Tottenham v Wolves – Wolves taw skoss qawwi lil Totteham Hotspur fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw biex itemmu mal-ewwel erbgħa.

L-eroj kien Joao Gomes (42, 63) li skorja doppjetta filwaqt li Dejan Kulusevski (46) kiseb id-draw momentarju għal Spurs.

Ekonomija

Sport