Saturday, October 26, 2024

Premier League Ingliż: Marcus Rashford providenzjali għal Man Utd

Aqra wkoll

Erik ten Hag jgħid li “hija l-verità” li Manchester United jiddependu wisq fuq il-goals ta’ Marcus Rashford wara li l-attakkant Ingliż skorja l-uniku goal fir-rebħa ta’ 1-0 fuq Brentford.

Ir-Red Devils reġgħu telgħu mal-ewwel erbgħa grazzi għall-15-il goal ta’ Rashford fil-Premier League – u t-28 wieħed fil-kompetizzjonijiet kollha f’dan l-istaġun.

Dan il-goal kien wieħed importanti minħabba li poġġa lir-Red Devils fiż-żona tal-UEFA Champions League billi qabżu fir-raba’ post tal-klassifika. 

Brentford, li qed jiġru għall-kwalifikazzjoni Ewropea, tilfu biss għat-tieni darba fi 17-il partita tal-Premier League.

Scott McTominay u Antony resqu viċin qabel Rashford, fis-27 minuta, xeħet fix-xibka mill-assist bir-ras ta’ Marcel Sabitzer, wara li l-Bees naqsu milli jikklerjaw minn corner.

Sport