Arsenal irreġistraw rebħa mill-aktar drammatika meta fil-ħin miżjud skorjaw darbtejn biex għelbu lil Aston Villa bl-iskor ta’ 4-2.
Barra minn darhom, il- Gunners kienu darbtejn minn taħt u kollox deher li l-partita kienet se tispiċċa fi draw iżda fi spazju ta’ ftit sekondi rreġistraw tliet punti importanti għall-isfida tagħhom għar-rebħ tat-titlu.
Il-goals tal-Villa waslu minn Ollie Watkins (6) u Philippe Coutinho (32) iżda l-Gunners kisbu d-draw permezz ta’ Bukayo Saka (16) u Oleksandr Zinchenko (61).
Iżda l-Gunners skorjaw żewġ goals oħra fil-ħin miżjud minn auto-goal tal-goalkeeper, Emiliano Martinez (92) u Gabriel Martinelli (96).